Festa tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja
Qegħdin niċċelebraw il-festa tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja. Festa li tfakkarna fil-qdusija ta’ din il-knisja li aħna bħala nsara ninġabru fiha biex nagħtu qima lil Alla. Fuq kollox niftakru li l-Knisja, aktar milli l-bini, hija aħna, il-poplu t’Alla.
Ħinijiet tal-Quddies
Għalkemm qlibna għall-ħin tax-xitwa, infakkru li l-ħin tal-quddies filgħaxija ma jinbidilx la matul il-ġimgħa u lanqas fil-Ħdud.
Laqgħa għall-Koppji
Il-Ġimgħa 30 ta’ Ottubru, il-Kummissjoni Parrokkjali Familja se torganizza laqgħa għall-koppji bit-tema “Familja Aħjar”. Il-laqgħa tibda fis-7.00pm u se ssir fis-sala tas-Sorijiet. Il-kelliem se jkun in-Nutar Dr Philip Ellul.
Festa tal-Qaddisin Kollha
Il-Ħadd li ġej l-1 ta’ Novembru, Festa tal-Qaddisin kollha, għall-quddiesa tad-9.30am nistiednu lit-tfal jiġu lebsin tal-qaddis/a favorit/a tagħhom jew lebsin ta’ anġli jew b’ilbies abjad. Wara l-quddiesa jkun hemm logħob u attivitajiet oħra għat-tfal fuq iz-zuntier. L-għada t-Tnejn 2 ta’ Novembru niftakru fil-mejtin kollha.
Grupp għall-Adolexxenti
Fiċ-Ċentru taż-Żgħażagħ Ta’ Warda se nibdew grupp ġdid għall-adolexxenti li rċevew il-Griżma tal-Isqof, jiġifieri dawk li twieldu fis-sena 2014 (Year 8 / Form 2). L-ewwel laqgħa għal dan il-grupp se ssir nhar it-Tlieta 4 ta’ Novembru fis-7.00pm fiċ-Ċentru Ta’ Warda stess. Iktar informazzjoni minn fuq in-noticeboards.
Tberik taċ-Ċimiterji
It-tberik taċ-ċimiterji se jsir f’dawn il-Ħdud: iċ-Ċimiterju tal-Qalb ta’ Ġesù jitbierek nhar il-Ħadd 8 ta’ Novembru fl-4.00pm, filwaqt li ċ-Ċimiterju ta’ Sant’Andrija jitbierek il-Ħadd ta’ wara, 15 ta’ Novembru, fl-10.00am.
Ġabra b’risq il-Missjoni – Grazzi
Il-ġbir li sar fil-quddies is-Sibt u l-Ħadd li għadda fil-Knisja Arċipretali u fil-knejjes l-oħra b’riżq il-Missjoni kien ta’ €5,431.
Donazzjonijiet għal Hospice Movement
Intom u ħerġin mill-knisja membri volontarji ta’ Hospice Movement se jkunu qed jilqgħu donazzjoni b’riżq is-servizzi u l-assistenza li l-Hospice joffri lil ħafna persuni li jkunu jeħtieġu l-għajnuna minħabba mard tal-kanċer u mard serju ieħor. Il-Hospice joffri s-servizzi tiegħu mingħajr ħlas; għaldaqstant kull donazzjoni min-naħa tagħna tkun ta’ għajnuna kbira u hija ferm apprezzata.
Nitolbu għal ħutna Philip Micallef u Raymond Zammit, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.
