Author: admin

Disgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Ġabra għall-Missjoni Il-Knisja, mad-dinja kollha, illum qed tiċċelebra l-Ġurnata Missjunarja. Il-MISSIO Malta tgħin diversi missjunarji, kemm Maltin u oħrajn, li jitolbu għajnuna biex iwasslu t-tagħlim tal-Vanġelu u tal-katekiżmu tal-Knisja Kattolika, jibnu knejjes, iżommu skejjel, iwaqqfu sptarijiet u jikkuraw morda, jassistu u jilqgħu fi djar apposta familji u tfal abbandunati u jipprovdulhom il-bżonnijiet l-aktar essenzjali. Għaldaqstant, […]

Tmienja u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Tberik tal-annimali Għada filgħodu, fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Franġisk u Jum il-Ħolqien, qed nistiednu lit-tfal biex iġibu l-pets u l-annimali tagħhom biex jitbierku fil-quddiesa tad-9.30am li se tkun iċċelebrata fuq iz-zuntier tal-knisja. Din l-attività qed issir b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali. Rużarju fil-beraħ Minn nhar it-Tnejn (12/10) sa nhar il-Ġimgħa li ġej, il-Leġjun ta’ Marija se jorganizza Rużarju fil-beraħ fil-pjazza […]

Sebgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Festa tal-Madonna tar-Rużarju Il-Ħadd, 4/10, fil-5.30pm tingħad it-talba tal-Għasar u fis-6.00pm quddiesa kantata bil-prietka minn Fr Ivan Attard OP u bis-sehem tal-Kor Parrokkjali. Wara toħroġ il-purċissjoni bix-xbiha tal-Madonna, akkumpanjata bit-talba tar-Rużarju.                                                                                                                                                    Katekiżmu Minn nhar it-Tnejn 5 ta’ Ottubru jibda t-tagħlim tal-Katekiżmu fl-oqsma tal-MUSEUM tas-subien u tal-bniet u fl-Azzjoni Kattolika. Inħeġġu biex it-tfal jattendu b’mod regolari […]

Sitta u Għoxrin Ħad matul is-Sena A

Tberik tat-Tfal Dan il-Ħadd għall-quddiesa tad-9.30am isir it-tberik tat-tfal qabel jibdew li-iskola. Nistiednu lit-tfal kollha jġibu magħhom il-basket tal-iskola jew il-pocket biex jitbierku wkoll.  Festa tal-Madonna tal-Grazzja Qegħdin niċċelebraw il-festa tal-Madonna tal-Grazzja fil-knisja dedikata lilha. Il-Ħadd fis-6.00pm issir il-quddiesa solenni tal-festa li tagħlaq bl-Antifona u l-Barka Sagramentali u wara ssir il-preżentazzjoni tat-trabi lill-Madonna. Laqgħa għall-Ġenituri […]

Ħamsa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Festa tal-Madonna tad-Duluri Qegħdin niċċelebraw il-festa tal-Madonna tad-Duluri. (Għada) Illejla fis-6.00pm issir quddiesa kantanta u wara toħroġ il-purċissjoni bix-xbiha ta’ Marija Addolorata.   Adorazzjoni It-Tlieta (22/09) issir l-adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe Fenech, fil-kappella ta’ Dar San Ġużepp (għand is-Sorijiet) fl-10.00am. Laqgħat għan-Nisa L-Erbgħa (23/09) jibdew il-laqgħat tal-Azzjoni Kattolika għan-nisa wara l-waqfa tas-sajf. Il-laqgħat ikunu kull nhar ta’ […]

Erbgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Attivita’ Għat-Tfal It-Tlieta (15/09) mill-5.30pm sas-7.30pm ikollna l-aħħar attivita’ tas-sajf għat-tfal minn Year 1 sa Year 6, fiċ-Ċentru Ta’ Warda. Dawk il-ġenituri li jixtiequ li uliedhom jattendu huma mitluba li jinkitbu fis-sagristija jew minn fuq il-paġna ta’ Facebook tal-parroċċa. Festa ta’ Marija Addolorata Il-Ħadd li ġej (20/09) nagħmlu l-festa ta’ Marija Addolorata. L-Erbgħa, il-Ħamis u l-Ġimgħa jkunu ġranet tat-Tridu. Il-quddiesa […]

Tlieta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Reġistrazzjoni tat-tfal għall-Katekiżmu Qed nilqgħu r-reġistrazzjoni tat-tfal għall-katekiżmu fil-parroċċa tagħna. Il-ġenituri/kustodji tat-tfal li se jibdew jattendu għall-ewwel darba f’wieħed miċ-ċentri tal-katekiżmu fil-parroċċa tagħna huma mitluba li jirreġistraw lit-tfal tagħhom sad-19 ta’ Settembru. L-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju Parrokkjali, mis-Sagristija, miċ-ċentri tal-katekiżmu, kif ukoll minn fuq il-paġna ta’ Facebook tal-parroċċa tagħna. Importanti li meta l-ġenituri jiġu bl-applikazzjoni fl-uffiċċju ikunu preżenti […]

Tnejn u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Adorazzjoni Il-Ħamis fis-6.00pm ikun hawn nofs siegħa adorazzjoni li fiha jingħadit-talb u l-kurunella tal-Ħniena Divina. Talb għall-Vokazzjonijiet l-Ġimgħa (04/09), l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, wara l-qudddiesa tas-7.00am ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni fis-skiet quddiem ĠesùEwkaristija sa qabel il-quddiesa tat-8.00am. Dakinhar nitolbu għall-Vokazzjonijiet Saċerdotali. Nitolbu għal ħutna Carlo Agius, Saviour Camilleri u Etienne Bugeja, ligħaddew għal-ħajja ta’ dejjem. […]

Il-Wieħed u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

L-Ewwel Tqarbina Navżaw li d-dati tal-Ewwel Tqarbina għas-sena d-dieħla 2027 se jkunu s-Sibt 22 ta’ Mejju fl-4.30pm għall-bniet u l-Ħadd 23 ta’ Mejju fid-9.15am għas-subien. Nitolbu għal ħuna Joseph Degabriele, li għadda għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.  

L-Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Adorazzjoni fil-kappella ta’ Dar San Ġużepp It-Tlieta, 18/8, issir l-adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe Fenech, fil-kappella ta’ Dar San Ġużepp (għand is-Sorijiet) fl-10.00am. Attivita’ għat-Tfal L-Erbgħa 19 ta’ Awwissu ikollna l-attività tas-sajf għat-tfal minn Year 1 sa Year 6. L-attivita’ tibda fil-5.00pm u se tinkludi mument ta’ formazzjoni fil-Knisja u logħob fiċ-Ċentru Ta’ Warda sas-7.00pm. Dawk il-ġenituri li jixtiequ li uliedhom […]