Disgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Ġabra għall-Missjoni

Il-Knisja, mad-dinja kollha, illum qed tiċċelebra l-Ġurnata Missjunarja. Il-MISSIO Malta tgħin diversi missjunarji, kemm Maltin u oħrajn, li jitolbu għajnuna biex iwasslu t-tagħlim tal-Vanġelu u tal-katekiżmu tal-Knisja Kattolika, jibnu knejjes, iżommu skejjel, iwaqqfu sptarijiet u jikkuraw morda, jassistu u jilqgħu fi djar apposta familji u tfal abbandunati u jipprovdulhom il-bżonnijiet l-aktar essenzjali. Għaldaqstant, bil-ġbir li jsir fil-quddies ta’ dan it-tmiem il-ġimgħa, inkunu qed ngħinu din il-ħidma missjunarja tal-Knisja f’dawk il-pajjiżi fejn hemm bżonn ħafna assistenza. 

Sagrament tal-Konfermazzjoni

Nifirħu lill-grupp ta’ 102 adolexxent li qegħdin jirċievu s-Sagrament tal-Konfermazzjoni. Nitolbu ħafna għalihom ħalli l-Ispirtu s-Santu jimlihom bil-qawwa u jkomplu jikbru u jissaħħu fil-fidi tagħhom bħala nsara adulti.

Adorazzjoni

It-Tlieta (20/10) fl-10.00am ikun hemm l-Adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe Fenech fil-kappella ta’ San Ġużepp għand is-Sorijiet.

Festa tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja

Nhar il-Ħadd li ġej 25 ta’ Ottubru, niċċelebraw il-festa tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja. Festa li tfakkarna li l-Knisja hija aħna, il-poplu ta’ Alla, li niġu f’dan il-post qaddis biex nagħtu qima lil Alla. Il-quddiesa tal-5.15pm nhar is-Sibt tkun kantata u nhar il-Ħadd il-quddiesa tad-9.30am tkun animata għat-tfal b’din it-tema.  

Nitolbu għal ħutna Antonia Micallef u Carmela Borg, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.  

Tmienja u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Tberik tal-annimali

Għada filgħodu, fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Franġisk u Jum il-Ħolqien, qed nistiednu lit-tfal biex iġibu l-pets u l-annimali tagħhom biex jitbierku fil-quddiesa tad-9.30am li se tkun iċċelebrata fuq iz-zuntier tal-knisja. Din l-attività qed issir b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali.

Rużarju fil-beraħ

Minn nhar it-Tnejn (12/10) sa nhar il-Ġimgħa li ġej, il-Leġjun ta’ Marija se jorganizza Rużarju fil-beraħ fil-pjazza ta’ Ħal Dwieli. Ir-Rużarju jibda fis-5.45pm u l-Ġimgħa jkun hemm quddiesa fil-pjazza wara r-Rużarju. Inħeġġu lil min jista’ sabiex jattendi, b’mod speċjali lil dawk li joqogħdu f’din iż-żona.

Laqgħa Grupp Kelma tal-Ħajja

It-Tlieta (13/10) issir il-laqgħa tal-Kelma tal-Ħajja fid-9.30am għand is-Sorijiet. Il-laqgha hija miftuħa għal kulħadd.

Qrar bi preparazzjoni għas-Sagrament tal-Griżma

Il-Ġimgħa (16/10) filgħaxija mis-6.00pm sas-7.30pm u l-għada s-Sibt filgħodu mit-8.00am sal-10.00am, ikun hawn servizz ta’ qrar għall-ġenituri u l-parrini bi tħejjija għas-Sagrament tal-Griżma.

Sagrament tal-Griżma

Nhar is-Sibt (17/10) fl-4.30pm jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Griżma għall-bniet. Il-Ħadd (18/10) fid-9.15am jirċievu l-Griżma s-subien. Nifirħu lil dawk li se jirċievu dan is-Sagrament u nitolbu għalihom. 

Ġurnata Missjunarja

Il-Ħadd li ġej, 18 ta’ Ottubru, il-Knisja tiċċelebra l-Ġurnata Missjunarja. Il-MISSIO tgħin lil diversi missjunarji, kemm Maltin u oħrajn, li jitolbu għajnuna biex iwasslu t-tagħlim tal-Vanġelu u l-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, jibnu knejjes, iżommu skejjel, iwaqqfu sptarijiet u jikkuraw morda, jassistu u jilqgħu fi djar apposta familji u tfal abbandunati u jipprovdulhom il-bżonnijiet l-aktar essenzjali. Għaldaqstant, bil-ġbir li jsir fil-quddies is-Sibt u l-Ħadd li ġej, inkunu qed ngħinu din il-ħidma missjunarja tal-Knisja.  

Seminaristi fil-Parroċċa tagħna

Waqt li nsellmu lis-seminarista Luke Vella, li kien qed jagħmel esperjenza fil-parroċċa matul din is-sena, nilqgħu fostna lis-seminarista Matthew Theuma, li għal din is-sena se jkun qed jagħmel esperjenza pastorali fil-parroċċa. Il-preżenza tas-seminaristi fil-parroċċa tfakkarna fil-bżonn li nitolbu għalihom u nitolbu għal aktar vokazzjonijiet.

Seminar għal kulħadd

Il-membri tal-MUSEUM (Sezzjoni Femminili) se jorganizzaw seminar għal kulħadd nhar il-Ħamis 15 ta’ Ottubru mid-9.15am san-12.30pm fil-qasam tal-MUSEUM tas-Siġġiewi. Ikun hemm taħdita, qrar u quddiesa. Min jixtieq jattendi u jixtieq trasport ikellem lis-Superjura tal-MUSEUM.

Ġabra b’risq il-Knisja

Il-ġbir li sar fil-quddies nhar is-Sibt u l-Ħadd li għadda b’riżq il-knisja kien ta’ €1,856. Nirringrazzjawkom dejjem tal-għajnuna u s-sostenn li tagħtu lill-knisja. Daħlu wkoll xi donazzjonijiet għar-restawr li laħqu €2,500. Nirringrazzjawkom.

Nitolbu għal ħutna Maria Dolores Caruana u Filippa Piscopo, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem

Sebgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Festa tal-Madonna tar-Rużarju

Il-Ħadd, 4/10, fil-5.30pm tingħad it-talba tal-Għasar u fis-6.00pm quddiesa kantata bil-prietka minn Fr Ivan Attard OP u bis-sehem tal-Kor Parrokkjali. Wara toħroġ il-purċissjoni bix-xbiha tal-Madonna, akkumpanjata bit-talba tar-Rużarju.                                                                                                                                                   

Katekiżmu

Minn nhar it-Tnejn 5 ta’ Ottubru jibda t-tagħlim tal-Katekiżmu fl-oqsma tal-MUSEUM tas-subien u tal-bniet u fl-Azzjoni Kattolika. Inħeġġu biex it-tfal jattendu b’mod regolari biex ikomplu jirċievu l-formazzjoni għall-ħajja nisranija.   

Tberik tal-Annimali

Il-Ħadd li ġej 11 ta’ Ottubru, b’rabta mal-festa ta’ San Franġisk, li l-Knisja tiċċelebra bħal-lum 4 ta’ Ottubru, fil-quddiesa tad-9.30am se jsir it-tberik tal-annimali. Għalhekk nistiednu lit-tfal biex dakinhar iġibu l-pets u l-annimali tagħhom biex jitbierku. Il-quddiesa tkun iċċelebrata fuq iz-zuntier tal-knisja. Din iċ-ċelebrazzjoni qed issir b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali. 

Talba tar-Rużarju

Infakkru li matul ix-xahar ta’ Ottubru fil-Knisja Arċipretali tingħad it-talba tar-Rużarju fis-6.00pm quddiem Ġesù Espost u tingħata l-barka sagramentali qabel il-quddiesa. Tkun ħaġa sabiħa li nitolbu t-talba tar-Rużarju fil-familji tagħna u nitolbu l-ħarsien ta’ Ommna Marija.

Quddiesa u Adorazzjoni b’talb għall-Vokazzjonijiet

Kull tieni Sibt tax-xahar fis-6.00pm, fis-Seminarju tal-Virtù, ir-Rabat, qed issir Quddiesa u Adorazzjoni b’talb għall-Vokazzjonijiet. Dawn il-laqgħat ta’ kull xahar se jibdew minn nhar is-Sibt li ġej 10 ta’ Ottubru. Ħaġa sabiħa li min għandu għal qalbu l-vokazzjonijiet, u jista’, jattendi.

Ġabra Speċjali

Il-Ħadd, 4.10 huwa l-ewwel Ħadd tax-Xahar. Għalhekk issir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-knisja. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom li dejjem tagħtu permezz tal-offerti tagħkom.

Nitolbu għal ħuna Nazzareno Farrugia, li għadda għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

Sitta u Għoxrin Ħad matul is-Sena A

Tberik tat-Tfal

Dan il-Ħadd għall-quddiesa tad-9.30am isir it-tberik tat-tfal qabel jibdew li-iskola. Nistiednu lit-tfal kollha jġibu magħhom il-basket tal-iskola jew il-pocket biex jitbierku wkoll. 

Festa tal-Madonna tal-Grazzja

Qegħdin niċċelebraw il-festa tal-Madonna tal-Grazzja fil-knisja dedikata lilha. Il-Ħadd fis-6.00pm issir il-quddiesa solenni tal-festa li tagħlaq bl-Antifona u l-Barka Sagramentali u wara ssir il-preżentazzjoni tat-trabi lill-Madonna.

Laqgħa għall-Ġenituri u Parrini

It-Tlieta (29/09) fis-7.00pm se ssir l-aħħar laqgħa għall-ġenituri u l-parrini ta’ dawk li se jagħmlu l-Ġriżma f’Ottubru. Il-laqgħa se ssir fil-Knisja Parrokkjali.  

Ix-xahar tar-Rużarju

Minn nhar il-Ħamis (01/10) nagħtu bidu għax-xahar ta’ Ottubru, xahar iddedikat lir-Rużarju. Matul Ottubru fis-6.00pm issir l-espożizzjoni tal-Ewkaristija u jingħad ir-Rużarju li jintemm bil-barka sagramentali qabel il-quddiesa.

Adorazzjoni

Il-Ġimgħa 2 ta’ Ottubru, l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar, ikun hawn adorazzjoni fis-skiet wara l-quddiesa tas-7.00am. Dakinhar imħeġġin sabiex nitolbu għall-vokazzjonijiet saċerdotali.

Festa tal-Madonna tar-Rużarju

Il-Ħadd li ġej 4 ta’ Ottubru, niċċelebraw il-festa tal-Madonna tar-Rużarju. L-Erbgħa, il-Ħamis u l-Ġimgħa ikunu ġranet tat-Tridu. Fis-6.00pm jingħad ir-Rużarju meditat quddiem Ġesu’ Sagramentat u fis-6.30pm quddiesa bil-kant. Il-Ħadd filgħaxija, fil-5.30pm tingħad it-talba tal-Għasar, fil-6.00pm quddiesa kantata minn Fr Ivan Attard OP, bis-sehem tal-Kor Parrokkjali, u wara purċissjoni bix-xbiha tal-Madonna li se tgħaddi minn dawn it-toroq: Sant’Antnin, Mula, Mamo, il-Kbira u Misraħ San Filep.  

Sejħa għall-Abbatini

Nixtiequ nħeġġu iktar tfal biex jingħaqdu mal-grupp tal-abbatini tal-parroċċa tagħna. Dawk it-tfal, subien u bniet, li diġa’ għamlu l-Ewwel Tqarbina u jixtiequ jibdew jagħtu servizz bħala abbatini, jistgħu jiġbru applikazzjoni mis-sagristija.

Restawr

Fin-nava fejn hemm in-niċċa ta’ San Ġużepp hemm xi ritratti li juru l-ħsara kbira li ġarrbet il-pittura tal-koppletta snin ilu. Illum qiegħed inħabbar li se jsir ir-restawr meħtieġ biex terġa’ tinfetaħ mill-ġdid. L-istima tax-xogħol se tkun madwar €30,000. Napprezza lil kull min jista’ jgħin finanzjarjament f’dan il-proġett. Barra dan, se nieħdu wkoll xi lampieri tal-fidda antiki għar-restawr li se jiswa €5,000. Inħeġġeġ biex fil-ġabra tal-Ħadd li ġej, l-ewwel Ħadd tax-xahar, inkunu ġenerużi. 

Ġabra għall-Art Imqaddsa

Il-ġbir li sar is-Sibt u l-Ħadd li għadda għall-Art Imqaddsa kien ta’ €2,644.

Nitolbu għal ħutna Carmelo Galea, Emanuela Farrugia, Mary Grace Lumsden u Frans Camilleri, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

Ħamsa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Festa tal-Madonna tad-Duluri

Qegħdin niċċelebraw il-festa tal-Madonna tad-Duluri. (Għada) Illejla fis-6.00pm issir quddiesa kantanta u wara toħroġ il-purċissjoni bix-xbiha ta’ Marija Addolorata.  

Adorazzjoni

It-Tlieta (22/09) issir l-adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe Fenech, fil-kappella ta’ Dar San Ġużepp (għand is-Sorijiet) fl-10.00am.

Laqgħat għan-Nisa

L-Erbgħa (23/09) jibdew il-laqgħat tal-Azzjoni Kattolika għan-nisa wara l-waqfa tas-sajf. Il-laqgħat ikunu kull nhar ta’ Erbgħa mid-9.30am sal-10.30am fis-sala għand is-sorijiet. Jekk hawn xi nisa li jixtiequ jingħaqdu ma’ dan il-grupp huma mistiedna għal-laqgħa ta’ nhar l-Erbgħa li se tibda b’quddiesa.

Tberik tat-tfal u l-basktijiet

Nhar il-Ħadd (27/09) fil-Quddiesa tad-9.30am se jsir it-tberik tat-tfal u tal-basktijiet tal-iskola. It-tfal kollha huma mħeġġa li jattendu u jġibu magħhom il-basket jew il-pocket tagħhom tal-iskola biex jitbierek.

Festa tal-Madonna tal-Grazzja

Il-Ħadd (27/09) tiġi ċċelebrata l-festa tal-Madonna tal-Grazzja fil-knisja ddedikata lilha fil-parroċċa tagħna. Matul din il-ġimgħa (mit-Tnejn sas-Sibt) jingħad ir-Rużarju fis-6.45pm u fis-7.00pm issir quddiesa. Il-Ħadd fis-6.00pm issir il-quddiesa solenni tal-festa li tagħlaq bl-Antifona u l-Barka Sagramentali.

Sejħa għall-Abbatini

Nixtiequ nħeġġu iktar tfal biex isiru abbatini fil-parroċċa tagħna. L-abbatini mhux biss jgħinu fis-servizz fuq l-altar fiċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi, imma jkollhom ukoll laqgħat u attivitajiet oħra biex ikomplu jiffurmaw ruħhom f’valuri tajbin. Dawk it-tfal, subien u bniet, li diġa’ għamlu l-Ewwel Tqarbina u jixtiequ jibdew jagħtu servizz bħala abbatini, jistgħu jiġbru applikazzjoni mis-sagristija.

Ġabra għall-Art Imqaddsa

Il-ġabra li se ssir fil-quddiesa tkun b’riżq il-ħidma li l-Knisja twettaq fl-Art Imqaddsa. L-Arċisqof iħeġġiġna biex minbarra l-offerta li nistgħu noffru, nitolbu wkoll biex f’din l-art fejn għex Sidna Ġesù Kristu jkun hemm il-paċi. Permezz tal-offerti tagħna nkunu qed ngħinu lill-Patrijiet Franġiskani biex ikunu jistgħu jieħdu ħsieb is-santwarji fdati f’idejhom marbutin mal-ħajja ta’ Ġesù, u jwettqu diversi ħidmiet ta’ karità ma’ ħutna nsara li jgħixu f’dan il-post. 

Nitolbu għal ħutna Joseph Pace, Filippa Debono u Mona Attard, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

Erbgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Attivita’ Għat-Tfal

It-Tlieta (15/09) mill-5.30pm sas-7.30pm ikollna l-aħħar attivita’ tas-sajf għat-tfal minn Year 1 sa Year 6, fiċ-Ċentru Ta’ Warda. Dawk il-ġenituri li jixtiequ li uliedhom jattendu huma mitluba li jinkitbu fis-sagristija jew minn fuq il-paġna ta’ Facebook tal-parroċċa.

Festa ta’ Marija Addolorata

Il-Ħadd li ġej (20/09) nagħmlu l-festa ta’ Marija Addolorata. L-Erbgħa, il-Ħamis u l-Ġimgħa jkunu ġranet tat-Tridu. Il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun bil-prietka mill-Kanonku Dun Dillon Bugeja. Il-Ħadd fis-6.00pm issir il-quddiesa solenni minn Mons. Frans Bonnici. Wara toħroġ il-purċissjoni li se tgħaddi minn Misraħ San Filep, Triq Sciortino, Triq Frans Sammut u Triq il-Kbira. Ħdejn il-bibien tal-knisja hemm leaflet bil-programm u miegħu envelope biex min jixtieq jagħmel offerta b’riżq din il-festa. L-envelopes bl-offerti jintefgħu fil-kaxxi li hawn ħdejn l-artal.

Reġistrazzjoni għall-Katekiżmu

Matul din il-ġimgħa tkompli r-reġistrazzjoni tat-tfal għall-katekiżmu fil-parroċċa tagħna. Il-ġenituri/kustodji tat-tfal li se jibdew jattendu għall-ewwel darba f’wieħed miċ-ċentri tal-katekiżmu fil-parroċċa tagħna huma mitluba li jirreġistraw lit-tfal tagħhom sal-20 ta’ Settembru. L-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju Parrokkjali, mis-Sagristija, miċ-ċentri tal-katekiżmu, kif ukoll minn fuq il-paġna ta’ Facebook tal-parroċċa tagħna. Importanti li meta l-ġenituri jiġu bl-applikazzjoni fl-uffiċċju ikunu preżenti ż-żewġ ġenituri, peress li l-applikazzjoni trid tkun iffirmata minnhom it-tnejn quddiem saċerdot jew quddiem min ikun qiegħed jaqdi fl-uffiċċju parrokkjali. 

Attività għall-familja

Nhar il-Ġimgħa (18/09) se issir attività għall-familja kollha organizzata mis-Soċjetà tal-MUSEUM. Il-laqgħa se ssir f’Dar il-Ħanin Samaritan, Santa Venera (ħdejn l-iskola St. Michael) u tibda fis-6.30pm.

Ġabra b’riżq il-ħidma fl-Art Imqaddsa 

Il-ġbir li jsir fil-quddies tas-Sibt u l-Ħadd li ġej 19-20 ta’ Settembru ikun b’riżq il-ħidma li l-Knisja twettaq fl-Art Imqaddsa permezz tal-Patrijiet Franġiskani. L-Arċisqof iħeġġiġna biex minbarra l-offerta li nistgħu noffru, nitolbu wkoll biex f’din l-art fejn għex Sidna Ġesù Kristu jkun hemm il-paċi. 

Il-ġabra speċjali li saret il-Ħadd li għadda għall-ħtiġijiet tal-knisja kienet ta’ €1,400. Nirringrazzjawkom tal-ġenerożità tagħkom.

Nitolbu għal oħtna Filippa Cutajar li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtiha, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem. 

Tlieta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Reġistrazzjoni tat-tfal għall-Katekiżmu

Qed nilqgħu r-reġistrazzjoni tat-tfal għall-katekiżmu fil-parroċċa tagħna. Il-ġenituri/kustodji tat-tfal li se jibdew jattendu għall-ewwel darba f’wieħed miċ-ċentri tal-katekiżmu fil-parroċċa tagħna huma mitluba li jirreġistraw lit-tfal tagħhom sad-19 ta’ Settembru. L-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju Parrokkjali, mis-Sagristija, miċ-ċentri tal-katekiżmu, kif ukoll minn fuq il-paġna ta’ Facebook tal-parroċċa tagħna.

Importanti li meta l-ġenituri jiġu bl-applikazzjoni fl-uffiċċju ikunu preżenti ż-żewġ ġenituri, peress li l-applikazzjoni trid tkun iffirmata minnhom it-tnejn quddiem saċerdot jew min ikun qiegħed jaqdi fl-uffiċċju parrokkjali.

Festa tat-Twelid tal-Madonna

It-Tlieta 8 ta’ Settembru, niċċelebraw il-festa tat-Twelid tal-Madonna – il-Vitorja. Il-quddies ikun bħal ta’ matul il-ġimgħa. Infakkru li dakinhar filgħaxija ikun hemm ukoll quddies fis-6.15pm fis-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesù u fis-7.00pm fil-Knisja tal-Madonna tal-Grazzja.  

L-Erbgħa jiltaqa’ l-Grupp ta’ San Padre Pio. Il-laqgħa tibda fis-6.00pm b’rużarju meditat fil-Knisja Arċipretali u wara tkompli bil-quddiesa ta’ filgħaxija. 

Attivita’ għat-Tfal

It-Tlieta 15 ta’ Settembru se nkunu qed norganizzaw l-aħħar attività tas-sajf għat-tfal minn Year 1 sa Year 6. L-attivita’, li se tinkludi quddiesa, krafts u logħob, se ssir fiċ-Ċentru Ta’ Warda mill-5.00pm sas-7.00pm. Dawk il-ġenituri li jixtiequ li uliedhom jattendu huma mitluba li jiktbuhom fis-sagristija jew jirreġistraw minn fuq il-paġna ta’ Facebook tal-parroċċa.

Nitolbu għal ħuna Anthony Grech, li għadda għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem. 

Tnejn u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Adorazzjoni

Il-Ħamis fis-6.00pm ikun hawn nofs siegħa adorazzjoni li fiha jingħad
it-talb u l-kurunella tal-Ħniena Divina.

Talb għall-Vokazzjonijiet

l-Ġimgħa (04/09), l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, wara l-qudddiesa tas-
7.00am ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni fis-skiet quddiem Ġesù
Ewkaristija sa qabel il-quddiesa tat-8.00am. Dakinhar nitolbu għall-
Vokazzjonijiet Saċerdotali.


Nitolbu għal ħutna Carlo Agius, Saviour Camilleri u Etienne Bugeja, li
għaddew għal-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’
dejjem.

Il-Wieħed u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

L-Ewwel Tqarbina

Navżaw li d-dati tal-Ewwel Tqarbina għas-sena d-dieħla 2027 se jkunu s-Sibt 22 ta’ Mejju fl-4.30pm għall-bniet u l-Ħadd 23 ta’ Mejju fid-9.15am għas-subien.

Nitolbu għal ħuna Joseph Degabriele, li għadda għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.  

L-Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Adorazzjoni fil-kappella ta’ Dar San Ġużepp

It-Tlieta, 18/8, issir l-adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe Fenech, fil-kappella ta’ Dar San Ġużepp (għand is-Sorijiet) fl-10.00am.

Attivita’ għat-Tfal

L-Erbgħa 19 ta’ Awwissu ikollna l-attività tas-sajf għat-tfal minn Year 1 sa Year 6. L-attivita’ tibda fil-5.00pm u se tinkludi mument ta’ formazzjoni fil-Knisja u logħob fiċ-Ċentru Ta’ Warda sas-7.00pm. Dawk il-ġenituri li jixtiequ li uliedhom jattendu huma mitluba li jinkitbu fis-sagristija jew minn fuq il-paġna ta’ Facebook tal-parroċċa. 

Adorazzjoni fil-knisja parrokkjali

Il-Ħamis ikun hawn nofs siegħa adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija fis-6.00pm, qabel il-quddiesa.