Jum l-Omm
Qegħdin niċċelebraw Jum l-Omm u għalhekk nitolbu għalihom ilkoll. F’din il-ġurnata, iċ-Ċimiterju jkun miftuħ mis-7.00am sat-3.30pm.
Jum il-Vokazzjonijiet
Il-Knisja Universali dan il-Ħadd tiċċelebra wkoll Jum il-Vokazzjonijiet. Imħeġġin nitolbu lil Sid il-ħsad jibgħat ħaddiema fl-għalqa Tiegħu.
Festa Liturġika ta’ San Filep
It-Tnejn 12 ta’ Mejju, Jum il-Festa Liturġika ta’ San Filep, fis-6.30pm ikollna l-Quddiesa Solenni tal-Festa li se titmexxa minn Mons. Michael Bugeja. Nistednukom sabiex tattendu u tieħdu sehem fil-quddiesa f’din il-ġurnata tant għażiża għalina.
Laqgħa Grupp Kelma tal-Ħajja
It-Tlieta 13 ta’ Mejju jiltaqa’ l-Grupp tal-Kelma tal-Ħajja fid-9.30am għand is-Sorijiet.
Laqgħa Grupp Padre Pio
L-Erbgħa 14 ta’ Mejju, imiss il-laqgħa tal-Grupp ta’ San Piju li tibda fis-6.00pm bir-Rużarju.
Laqgħa dwar ‘Emotional Intelligence’
L-Erbgħa 14 ta’ Mejju, fis-7.30pm il-Kummissjoni Familja flimkien mal-Kummissjoni Djakonija qed jorganizzaw laqgħa bit-tema ‘Emotional Intelligence’ fil-Familja. Il-laqgħa se titmexxa minn Ms Elenor Borg mill-Caritas, fis-Sala tas-Sorijiet (taħt l-Uffiċċju Parrokkjali). Waqt il-laqgħa jkun hemm min jieħu ħsieb it-tfal.
Sejħa għar-reffiegħa ta’ San Filep
Dawk li jixtiequ jerfgħu fil-vara ta’ San Filep huma mitluba li jimlew formola li tinġabar mis-sagristija u magħha jippreżentaw kopja tal-karta tal-identità. Il-formoli mimlija għandhom jingħataw lill-Arċipriet.
Jum il-Karita
Is-Sibt u l-Ħadd li ġej (17/05 u 18/05) fid-Djoċesi niċċelebraw Jum il-Karità. Il-Knisja ta’ Malta fil-preżent qed toffri residenza u sapport lil madwar 1,600 persuna. Dawn jinkludu tfal u żgħażagħ u anzjani, inkużi saċerdoti, persuni b’diżabilità u persuni li m’għandhomx fejn jgħixu. Toffri wkoll għajnuna lil persuni maqbuda fil-vizzju tad-droga, migranti u vittmi ta’ vjolenza domestika. Barra dan, il-parroċċi, permezz tal-Kummissjoni Djakonija, jgħinu ħafna familji li jkunu jinsabu fil-bżonn. Għal dan il-għan, il-ġbir li jsir is-Sibt u l-Ħadd li ġej ikun b’riżq il-ħidma wiesa’ ta’ karità li twettaq il-Knisja f’pajjiżna.
Ġabra Speċjali
Il-ġabra speċjali li saret fi tmiem il-ġimgħa l-oħra kienet ta’ €1,833. Nirringrazzjawkom tal-ġenerożità tagħkom.
Nitolbu għal oħtna Grace Camilleri u għall-ommijiet kollha li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.