Tnejn u Għoxrin Ħadd matul is-Sena B

Adorazzjoni

Il-Ġimgħa 6 ta’ Settembru, l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, wara l-qudddiesa tas-7.00am ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni fis-skiet quddiem Ġesù Ewkaristija sa qabel il-quddiesa tat-8.00am.

Quddiesa u Adorazzjoni s-Seminarju

Is-Sibt 14 ta’ Settembru, fil-Kappella tas-Seminarju, ir-Rabat, fil-5.30pm se jkun hemm Quddiesa u Adorazzjoni b’talb speċjali għall-vokazzjonijiet. Se jiġi organizzat trasport li jitlaq fil-5.00pm minn ħdejn il-posta. Dawk li jixtiequ jużaw it-trasport jinkitbu fis-sagristija jew ikellmu lil Carmen Cilia.

Ħarġa Festa tal-Vitorja

Il-Ħadd 8 ta’ Settembru se ssir ħarġa għall-Festa tal-Vitorja fil-Mellieħa. Trasport jitlaq minn ħdejn il-Posta fl-4.30pm. Dawk li huma interessati jikkuntattjaw lil Maria Cardona.

Reġistrazzjoni għall-Katekiżmu

Qed nilqgħu r-reġistrazzjoni tat-tfal għall-katekiżmu fil-parroċċa tagħna. Il-ġenituri/kustodji tat-tfal li se jibdew jattendu għall-ewwel darba f’wieħed miċ-ċentri tal-katekiżmu fil-parroċċa tagħna minn Ottubru li ġej huma mitluba li jirreġistraw lit-tfal tagħhom. L-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju Parrokkjali, mis-Sagristija, miċ-ċentri tal-katekiżmu, kif ukoll minn fuq il-paġna ta’ Facebook tal-parroċċa tagħna. 

Tombla b’risq il-missjoni fil-Perù

Se ssir attività soċjali bit-tombla b’risq il-missjoni li grupp ta’ żgħażagħ mill-parroċċa se jagħmlu fil-Perù s-sena d-dieħla. L-attività se ssir l-Erbgħa 11 ta’ Settembru fis-7.00pm fiċ-Ċentru Ta’ Warda. Bookings mis-sagristija.

Donazzjonijiet b’risq il-Filippini

Sr Marianne Farrugia tal-Kongregazzjoni Ulied il-Qalb ta’ Ġesù, tixtieq tirringrazzja lil kull min ta donazzjoni b’risq il-missjoni fil-Filippini. Intlaħqet is-somma ta’ €4,000.

Nitolbu għal ħutna Carmelo Chircop, Rose Balzan, Saviour Mizzi, Joseph Schembri u Carmen Buttigieg, li għaddew għal-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.