Purċissjoni ta’ Kristu Rxoxt Ħadd il-Għid fid-9.00am toħroġ il-purċissjoni ta’ Kristu Rxoxt. Fid-9.30am ikollna quddiesa speċjali tal-Għid għat-tfal u l-familji. F’nofsinhar isir it-tberik tal-figolli fuq iz-zuntier. Adorazzjoni It-Tlieta (22/04) fl-10.00am fil-Kappella tas-Sorijiet ikun hemm l-adorazzjoni li tkun animata mis-Superjur Joe Fenech. Via Lucis Il-Ħamis (24/04) April fis-6.00pm se ssir Via Lucis b’meditazzjonijiet fuq il-misteru tal-Qawmien […]
Author: admin
Ħadd il-Palm – Sena Ċ
Il-Ġimgħa Mqaddsa Qegħdin nagħtu bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa bit-tifkira solenni tad-Daħla ta’ Ġesu’ f’Ġerusalemm. Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju L-Azzjoni Kattolika, permezz tas-Segretarjat Assistenza Soċjali, matul dawn il-ġranet torganizza Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju. Inħeġġukom biex ngħinu l-ħidma ta’ karita’ li twettaq l-Azzjoni Kattolika ma’ familji u persuni fil-bżonn billi nagħtu xi offerta ta’ flus fil-kaxxa li hawn ħdejn l-altar. […]
Il-Ħames Ħadd tar-Randan – Sena Ċ
Laqgħa għall-persunaġġi tal-Ġimgħa l-Kbira (ħwejjeġ privati) It-Tnejn (7/4) fis-6.30pm, fis-Sala Parrokkjali, ikollna laqgħa għal dawk li jieħdu sehem fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira bl-ilbiesi privati / personali. Dakinhar jinġabru wkoll it-tesseri li huma obbligatorji biex wieħed jieħu sehem fil-Purċissjoni. Laqgħa Grupp Kelma tal-Ħajja It-Tlieta (8/4) fid-9.30am jiltaqa’ l-Grupp tal-Kelma tal-Ħajja għand is-Sorijiet. Laqgħa dwar Beatifikazzjoni L-Erbgħa (9/4) se […]
Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan – Sena Ċ
Adorazzjoni tas-Salib Il-Ħamis, 3 ta’ April, fis-6.00pm, fil-Knisja Arċipretali se jkun hawn ċelebrazzjoni li fiha ssir l-adorazzjoni tas-salib. Waqt il-ħin tal-adorazzjoni se jkun hawn is-saċerdoti disponibbli għall-qrar. Wara l-adorazzjoni, għas-6.45pm, ikun hawn il-quddiesa. Festa Devozzjonali tar-Redentur Il-Ġimgħa, 4 ta’ April, tkun l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar u nagħmlu l-festa devozzjonali tar-Redentur. Filgħodu wara l-quddiesa tas-7.00am ikun hawn […]
It-Tielet Ħadd tar-Randan – Sena Ċ
Quddiesa għaż-Żgħażagħ Il-Ħadd, 23 ta’ Marzu, nistiednu liż-żgħażagħ tal-parroċċa għall-quddiesa tas-7.00pm li se tkun animata b’mod speċjali għalihom f’dan iż-żmien tar-Randan. Eżerċizzi għall-Koppji Minn nhar it-Tnejn 24 ta’ Marzu jibdew l-Eżerċizzi għall-koppji wara l-quddiesa ta’ filgħaxija. Imexxi Fr Charles Tabone OP. L-Ewwel Qrara Nhar is-Sibt 29 ta’ Marzu fid-9.00am, fil-Knisja Arċipretali jkun hawn l-Ewwel Qrara […]
It-Tieni Ħadd tar-Randan – Sena Ċ
Laqgħa għall-fratelli It-Tlieta 18 ta’ Marzu se ssir laqgħa ta’ formazzjoni spiritwali għall-fratelli kollha. Il-laqgħa se ssir fis-Sala tas-Sorijiet, fis-7.00pm. Imexxi l-laqgħa Fr Mario Dimech. Solennita’ ta’ San Ġużepp L-Erbgħa 19 ta’ Marzu niċċelebraw is-Solennità ta’ San Ġuzepp. Il-quddiesa tat-8.00am tkun dik tal-festa u fiha ssir il-professjoni tal-fratelli l-ġodda. Dawk li jixtiequ jinkitbu fil-fratellanza huma […]
L-Ewwel Ħadd tar-Randan – Sena Ċ
Laqgħa Grupp Kelma tal-Ħajja It-Tlieta (11/03) jiltaqa’ l-Grupp tal-Kelma tal-Ħajja fid-9.30am għand is-Sorijiet. Laqgħa Grupp Padre Pio L-Erbgħa (12/03) ssir il-laqgħa tal-Grupp ta’ Padre Pio li tibda fis-6.00pm bir-Rużarju. Adorazzjoni Il-Ħamis (13/03) ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika fis-6.00pm bi ħsibijiet marbuta mat-Tama. Sehem fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira Minn nhar it-Tnejn 10 ta’ Marzu se tinfetaħ ir-reġistrazzjoni għal […]
It-Tmien Ħadd matul is-Sena Ċ
Ras ir-Randan Nhar l-Erbgħa 5 ta’ Marzu, nagħtu bidu għaż-żmien tar-Randan. Fil-quddies kollu ssir iċ-ċerimonja tat-tqegħid tal-irmied. Fis-6.00pm jibda pellegrinaġġ bis-Salib u wara għas-6.45pm issir quddiesa konċelebrata. Infakkru li nhar Ras ir-Randan għandu jiġi osservat bħala jum ta’ sawm u astinenza. Ħaġa sabiħa wkoll li matul il-ġimgħat tar-Randan wieħed jimpenja ruħu biex jersaq spiss għas-sagramenti […]
Seba’ Ħadd matul is-Sena Ċ
Nitolbu għal ħutna Rita Azzopardi, Albert Ciantar u Marica Attard, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.
Is-Sitt Ħadd matul is-Sena Ċ
Adorazzjoni Infakkru li kull nhar ta’ Ħamis fis-6.00pm ikun hawn nofs siegħa adorazzjoni qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija. Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira Bħalissa għaddejjin il-preparamenti meħtieġa għall-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. Il-bookings tal-parteċipanti kollha (reffiegħa, personaġġi u tfal) se jsiru fil-ġimgħat li ġejjin. Se nkunu qed navżaw minn qabel meta se jiftħu l-bookings fl-avviżi tal-parroċċa u l-paġna tal-Facebook. Sadanittant […]