Sitta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena Ċ

Festa tal-Madonna tal-Grazzja

Qegħdin niċċelebraw il-festa tal-Madonna tal-Grazzja fil-knisja dedikata lilha. Il-Ħadd filgħaxija (28/09) ikun hemm quddiesa. Fis-6.00pm issir il-quddiesa solenni tal-festa li tagħlaq bl-Antifona u l-Barka Sagramentali.

Laqgħa għall-Ġenituri u Parrini

It-Tlieta (30/09) fis-7.00pm se ssir l-aħħar laqgħa għall-ġenituri u l-parrini ta’ dawk li se jagħmlu l-Ġriżma f’Ottubru. Il-laqgħa se ssir fis-Sala Parrokkjali (fid-Domus).   

Ix-Xahar tar-Rużarju

Minn nhar l-Erbgħa (01/10) nagħtu bidu għax-xahar ta’ Ottubru, xahar id-dedikat lir-Rużarju. Matul Ottubru fis-6.00pm issir l-espożizzjoni tal-Ewkaristija u jingħad ir-Rużarju li jintemm bil-barka sagramentali qabel il-quddiesa.

Adorazzjoni

Il-Ġimgħa 4 ta’ Ottubru, l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar, ikun hawn adorazzjoni fis-skiet wara l-quddiesa tas-7.00am. Dak inhar imħeġġin nitolbu għall-vokazzjonijiet saċerdotali.

Festa tal-Madonna tar-Rużarju

Il-Ħadd li ġej 6 ta’ Ottubru, niċċelebraw il-festa tal-Madonna tar-Rużarju. L-Erbgħa, il-Ħamis u l-Ġimgħa ikunu ġranet tat-Tridu. Fis-6.00pm jingħad ir-Rużarju meditat quddiem Ġesu’ Sagramentat u fis-6.30pm quddiesa bil-kant. Il-Ħadd filgħaxija, fl-4.30pm tingħad it-talba tal-Għasar, fil-5.00pm quddiesa kantata bis-sehem tal-Kor Parrokkjali u wara purċissjoni bix-xbiha tal-Madonna akkumpanjata bit-talba tar-Rużarju li se tgħaddi minn dawn it-toroq: Sant’Antnin, Mula, Mamo, l-Kbira u Misraħ San Filep. Wara l-purċissjoni jkun hawn il-quddiesa tas-7.00pm.  

L-Ewwel Tqarbina

Id-dati tal-Ewwel Tqarbina għas-sena d-dieħla 2026 se jkunu s-Sibt 23 ta’ Mejju fl-4.30pm għall-bniet, u l-Ħadd 24 ta’ Mejju fid-9.15am għas-subien.

Sejħa għall-Abbatini

Nixtiequ nħeġġu iktar tfal biex jingħaqdu mall-grupp tal-abbatini tal-parroċċa tagħna. L-abbatini mhux biss jgħinu fis-servizz fuq l-altar fiċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi, imma jkollhom ukoll laqgħat u attivitajiet oħra biex ikomplu jiffurmaw ruħhom b’valuri tajbin.

Dawk it-tfal, subien u bniet, li diġa’ għamlu l-Ewwel Tqarbina u jixtiequ jibdew jagħtu servizz bħala abbatini, jistgħu jiġbru applikazzjoni mis-sagristija.

Ġabra għall-Art Imqaddsa

Il-ġbir li sar is-Sibt u l-Ħadd li għadda għall-Art Imqaddsa kien €2600.

Nitolbu għal Maria Anna Abela li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtiha, Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.