Tnejn u Tletin Ħadd matul is-Sena Ċ – Festa tal-Konsagrazzjoni tal-Bażilika tal-Laterna

Festa ta’ San Martin

Il-Ħadd, 9/11, fil-quddiesa tad-9.30am niċċelebraw il-festa ta’ San Martin għat-tfal u l-familji. It-tfal huma mistiedna jġibu magħhom għotjiet tal-ikel biex ngħinu familji fil-bżonn. 

Quddies u tberik tal-oqbra

Il-Ħadd, 9/11, fl-4.00pm jkun hemm quddiesa fiċ-ċimiterju tal-Qalb ta’ Ġesù u wara jsir it-tberik tal-oqbra. F’każ li tkun ix-xita, il-quddiesa ssir fil-Knisja Arċipretali. Iċ-ċimiterju ta’ Sant’Andrija jitbierek nhar il-Ħadd 16 ta’ Novembru fl-10.00am. 

Laqgħa Grupp Kelma tal-Ħajja

It-Tlieta (11/11) jiltaqa’ l-Grupp tal-Kelma tal-Ħajja fid-9.30am fis-Sala għand is-Sorijiet. 

Laqgħa Grupp Padre Pio

L-Erbgħa (12/11) fil-Knisja Arċipretali jkun hawn il-laqgħa tal-Grupp ta’ San Padre Pio. Tibda fis-6.00pm bir-Rużarju meditat u wara ssir il-quddiesa. 

Ftuh mill-ġdid taċ-Ċenaklu

Din il-ġimgħa reġa’ nfetaħ mill-ġdid iċ-Ċenaklu, wara li sar xi xogħol fih. Infakkru li dan il-post ikun miftuħ kuljum matul il-ġurnata mis-7.00am sat-8.00pm. Ħaġa sabiħa li matul il-ġurnata nsibu ftit ħin biex naduraw lil Ġesù fl-Ewkaristija u ngħaddu ħin fit-talb u l-ġabra.

Grupp ġdid għall-adolexxenti f’ Ta’ Warda

Fiċ-Ċentru taż-Żgħażagħ Ta’ Warda se nibdew grupp ġdid għall-adolexxenti li rċevew il-Griżma tal-Isqof, jiġifieri dawk li twieldu fis-sena 2013 (Year 8 / Form 2). L-ewwel laqgħa għal dan il-grupp se ssir nhar il-Ħamis 13 ta’ Novembru fis-7.00pm fiċ-Ċentru Ta’ Warda stess. Għal aktar informazzjoni tistgħu tikkuntattjaw lil Fr Mario Dimech.

Dħul fl-Iskejjel tal-Knsija

Fil-ġimgħat li ġejjin se jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja. Aktar informazzjoni tinkiseb minn fuq il-website tal-Kurja.

Ġabra Speċjali

Il-ġabra speċjali li saret nhar il-Ħadd li għadda għall-knisja kienet ta’ €1,800. Grazzi tal-ġenerożità tagħkom.

Nitolbu għal ħutna Imelda Farrugia u Michael Chircop, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem, kif ukoll għall-mejtin kollha. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.