L-Ewwel Ħadd tal-Avvent – Sena A

Tberik tal-Girlanda

Fil-bidu tal-Avvent (30/11) fil-quddiesa tad-9.30am isir it-tberik tal-Girlanda tal-Avvent. It-tfal huma mistiedna jġibu l-girlanda tagħhom biex titbierek waqt il-quddiesa. Illum ukoll qed isir bejgħ ta’ punsjetti miż-Żgħażagħ taċ-Ċentru Ta’ Warda b’riżq id-Dar tal-Providenza. Inħeġġiġkom sabiex ninkoraġġixxu u ngħinu f’din l-inizjattiva mtella’ miż-żgħażagħ.

Adorazzjoni

Il-Ġimgħa (5/12), l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar, ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni fis-skiet quddiem Ġesù Ewkaristija, minn wara l-quddiesa tas-7.00am sa qabel il-quddiesa tat-8.00am.   

Laqgħa ta’ Formazzjoni għall-Fratelli

Il-Ġimgħa (5/12) se ssir laqgħa ta’ formazzjoni għall-Fratelli fis-7.30pm, fis-Sala tas-Sorijiet. Il-fratelli kollha huma mħeġġa li jattendu.

Adorazzjoni b’talb għall-Vokazzjonijiet

Is-Sibt (6/12) fis-Seminarju tal-Virtù, ir-Rabat, se jkun hemm adorazzjoni b’talb għall-Vokazzjonijiet Saċerdotali li tibda fil-5.30pm. Ikun hawn trasport li jitlaq fil-5.00pm minn ħdejn il-posta. Min jixtieq juża t-trasport ikellem lil Carmen Cilia.

Attività mill-Kunsill Lokali

Is-Sibt li ġej (6/12), fis-7.00pm se ssir attività organizzata mill-Kunsill Lokali f’Misraħ San Filep, li tagħti bidu għall-Festi tal-Milied. Waqt din l-attività se jsir kant ta’ għanjiet tal-Milied bil-parteċipazzjoni tal-Kor Centrestage Malta u l-kantanta Leah Cauchi, jingħata messaġġ mis-Sindku u l-Arċipriet, u ssir il-mixegħla tas-Sigra tal-Milied. Kulħadd huwa mistieden, speċjalment tfal u żgħażagħ. Min jista’ jieħu miegħu fanal.

Quddiesa għaż-Żgħażagħ

Nhar il-Ħadd 14 ta’ Diċembru nistiednu liż-żgħażagħ kollha għall-quddiesa tas-6.30pm li se tkun animata b’mod speċjali għalihom f’dan iż-żmien li jippreparana għall-Milied.

Nitolbu għal ħutna Philip Zammit, Saver u Ġiżwarda Farrugia, Doris Cauchi, Anthony Pace u Mary Farrugia, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Aghtihom, O Mulej, il-mistrieh ta’ dejjem.