Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni
It-Tnejn, 8 ta’ Diċembru, Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni, il-quddies ikun bħal matul il-Ġimgħa. Fil-Knisja ta’ Sidtna Marija tal-Anġli se jkun hemm quddiesa fis-6.30pm. Fil-Kappella ta’ San Ġużepp għand is-Sorijiet se jkun hemm adorazzjoni mill-10.00am sal-11.00am fl-okkażjoni tal-festa tal-Kunċizzjoni.
Laqgħa Grupp Kelma tal-Ħajja
It-Tlieta fid-9.30am jiltaqa’ l-Grupp tal-Kelma tal-Ħajja. Il-laqgħa se ssir fil-kappella ta’ San Ġużepp għand is-sorijiet.
Laqgħa Grupp ta’ San Piju
L-Erbgħa jkun hawn il-laqgħa tal-Grupp ta’ San Piju li tibda fis-6.00pm bir-Rużarju fil-Knisja Arċipretali u tkompli bil-quddiesa tas-6.30pm.
Laqgħa għall-Għarajjes
Il-Ġimgħa (12/12) se ssir il-laqgħa għall-għarajjes li se jiżżewġu s-sena d-dieħla. F’din il-laqgħa l-għarajjes jingħataw informazzjoni dwar il-preparamenti meħtieġa li jridu jsiru qabel it-tieġ. Il-laqgħa se ssir fis-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesù fis-7.30pm.
Quddiesa għaż-Żgħażagħ
Il-Ħadd (14/12) nistiednu liż-żgħażagħ kollha għall-quddiesa tas-6.30pm li se tkun animata b’mod speċjali għalihom f’dan iż-żmien tal-Avvent bi preparazzjoni għall-Milied.
Għinuna lil ‘Dar Merħba Bik’
Matul dan iż-żmien tal-Avvent u l-Milied, bħala komunità parrokkjali, se nkunu qed ngħinu lil Dar Merħba Bik. Din id-dar tilqa’ fiha nisa li jkunu sofrew minn vjolenza domestika u permezz tas-servizzi li tipprovdi toffri kenn u sapport lil dawn in-nisa u lit-tfal tagħhom. Għaldaqstant, se nkunu qed niġbru għotjiet ta’ ikel sal-24 ta’ Diċembru. Dawn l-għotjiet inqegħduhom ħdejn l-altar tal-Kunċizzjoni. Dawk li jixtiequ joffru xi donazzjoni ta’ flus għall-istess skop jistgħu jgħadduha lil xi ħadd mis-saċerdoti tal-parroċċa tagħna.
Coffee Morning b’riżq il-Knisja
It-Tlieta (9/12) fid-9.30am ikollna Coffee Morning b’riżq il-knisja. Biljetti mingħand il-membri tal-grupp tal-fundraising.
Kunċert tal-Milied
Is-Sibt (20/12) fil-Knisja Arċipretali jkollna l-Kunċert tal-Milied b’riżq id-Dar tal-Providenza. Inħeġġiġkom biex tattendu u tistiednu l-ħbieb tagħkom ukoll. Id-dħul se jkun bla ħlas; pero’ fi tmiem il-kunċert wieħed huwa mistieden jagħmel offerta b’riżq id-Dar tal-Providenza.
Ġabra Speċjali
Il-Ħadd (8/12) l-Ewwel Ħadd tax-Xahar, issir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-knisja. Nirringrazzjawkom tal-għajnunali dejjem tagħtu permezz tal-offerti tagħkom.
Nitolbu għal oħtna Carmen Psaila li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtiha, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.
