Wasla tal-Maġi
Il-Ħadd, 4/1, qabel il-quddiesa tad-9.30am ikollna rappreżentazzjoni tal-wasla tal-Maġi. Il-familji huma mistiedna jinġabru għad-9.15am ħdejn iċ-Ċentru Ta’ Warda. Fil-quddiesa se noffru l-oġġetti ta’ ikel u s-somma ta’ €1,500 li nġabret matul l-Avvent u l-Milied għal Dar Merħba Bik.
Ġabra b’riżq id-Dar tal-Providenza
Il-ġbir li sar b’riżq id-Dar tal-Providenza fil-bidu tas-sena fil-Knisja Arċipretali u fil-knejjes l-oħra li fihom isir il-quddies, laħaq is-somma ta’ €10,000. F’isem id-Direttur Mons. Martin Micallef, nirringrazzjawkom tal-ġenerożità tagħkom.
Quddiesa għall-Għarajjes
Il-Moviment ta’ Kana qed jistieden lill-għarajjes li ħa jiżżewġu matul is-Sena 2026, għall-quddiesa ċċelebrata minn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna, nhar is-Sibt 10 ta’ Jannar 2026, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fil-5.30pm.
Coffee Morning
It-Tlieta 13 ta’ Jannar fid-9.15am se jsir Coffee Morning b’riżq il-knisja fis-Sala tas-Sorijiet. Biljetti mingħand il-helpers tal-grupp tal-fundraising.
Nitolbu għal ħutna Abraham Micallef, Karmenu Attard, Godwin Camilleri u Mario Coleiro, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.
