Ir-Raba’ Ħadd matul is-Sena A

Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej

It-Tnejn li ġej, 2 ta’ Frar, niċċelebraw il-Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej. Fil-quddiesa tas-6.30pm, fil-Knisja Arċipretali se ssir il-preżentazzjoni tat-tfal li se jirċievu l-Ewwel Tqarbina din is-sena mill-ġenituri tagħhom. Inħeġġu lill-familji tat-tfal li se jirċievu l-Ewwel Tqarbina biex jieħdu sehem.

Laqgħa Grupp Klema tal-Ħajja

It-Tlieta (3/2) fid-9.30am jiltaqa’ l-Grupp tal-Kelma tal-Ħajja għand is-sorijiet.   

Il-Ġimgħa (6/2) hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Wara l-quddiesa tas-7.00am se jkun hawn ħin ta’ adorazzjoni fis-skiet quddiem Ġesù Ewkaristija, li jintemm bil-Barka Sagramentali qabel il-quddiesa tat-8.00am.

Attivita’ b’riżq ir-Residenza ta’ St Patrick

Il-Ħadd li ġej (8/2) wara l-quddiesa tad-9.30am se ssir attivita’ għat-tfal u l-familji fuq iz-zuntier b’risq ir-Residenza ta’ Saint Patrick f’Tas-Sliema. Nistiednu lill-familji bit-tfal biex jieħdu sehem.

Quddies għall-adolexxenti li ser jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof

It-Tnejn 9 ta’ Frar, fil-quddiesa tas-6.30pm, fil-Knisja Arċipretali, dawk l-adolexxenti li se jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof f’Ottubru ta’ din is-sena huma mistiedna jressqu t-talba tagħhom biex jirċievu dan is-sagrament. It-talba li jridu jippreżentaw dakinhar tkun mogħtija lilhom miċ-Ċentru tad-Duttrina fejn jattendu. Il-ġenituri u l-parrini huma mistiedna jattendu magħhom għal din il-quddiesa.

Quddiesa għall-Koppji Miżżewġa

Il-Kummissjoni Familja tal-parroċċa, flimkien mal-Azzjoni Kattolika Nisa, qegħdin jistiednu lill-koppji miżżewġin għal quddiesa speċjali għalihom, nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Frar, fis-6.30pm, fil-Knisja Arċipretali. Dawk il-koppji li s-sena li għaddiet iċċelebraw xi anniversarju speċjali miż-żwieġ tagħhom huma mistiedna li jidħlu fis-sagristija u jagħtuna l-ismijiet tagħhom. Dakinhar tingħata tifkira tal-okkażjoni.

Ġabra Speċjali

Fl-Ewwel Ħadd tax-Xahar issir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-knisja. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom li dejjem tagħtu  permezz tal-offerti tagħkom.

Nitolbu għal ħutna Maria Farrugia, Nikola Farrugia u Alexander Hili, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.