L-Ewwel Ħadd tar-Randan – Sena A

Adorazzjoni Ewkaristika

Il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika fis-6.00pm bi ħsibijiet marbuta ma’ dan iż-żmien tar-Randan. Infakkru li nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Ġimgħa, issir il-meditazzjoni tal-Via Sagra wara l-quddiesa tat-8.00am u fis-6.00pm qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija. Nhar ta’ Sibt jingħad l-Għasar fil-5.00pm.

Sehem fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira

Mit-Tnejn 23 sal-Ħamis 26 ta’ Frar se ssir ir-reġistrazzjoni għal dawk li jixtiequ jieħdu sehem fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. Il-kitba ssir fil-maħżen tal-Ġimgħa l-Kbira (wara l-knisja) bejn l-4.30pm u s-7.30pm. Ir-reġistrazzjoni se tkun għall-ilbies tal-persunaġġi u suldati, għar-reffiegħa tal-vari, għas-slaleb tal-wegħda u għat-tfal. Wieħed għandu jmur jinkiteb skont il-ġurnata kif indikat fil-poster li hemm fin-noticeboards tal-knisja u fuq il-paġna tal-Facebook tal-parroċċa. Il-kitba se tkun fuq bażi ta’ first come, first served, ħlief għar-reffiegħa li jintagħżlu bil-polza. 

Sospensjoni tal-Katekiżmu

Is-Superjura tal-MUSEUM tixtieq tavża li minn nhar it-Tnejn (23/02) sal-Ġimgħa (27/02) is-soċji se jkollhom l-eżerċizzi u għaldaqstant it-tfal u l-adolexxenti mhux se jkollhom tagħlim tal-katekiżmu matul din il-ġimgħa. 

Nitolbu għal ħuna Karmenu Agius, li għadda għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.