Is-Sitt Ħadd tal-Għid – Sena A

Jum l-Omm

Qegħdin niċċelebraw Jum l-Omm u għalhekk nitolbu għalihom ilkoll. F’din il-ġurnata, iċ-Ċimiterju jkun miftuħ mis-7.00am sat-3.30pm.  

Festa Liturġika ta’ San Filep

It-Tlieta 12 ta’ Mejju, Jum il-Festa Liturġika ta’ San Filep, fis-6.30pm ikollna  l-Quddiesa Solenni tal-Festa li se titmexxa minn Mons. Jesmond Manicaro. Nistednukom sabiex tattendu u tieħdu sehem fil-quddiesa f’din il-ġurnata tant għażiża għalina.

Laqgħa Grupp Kelma tal-Ħajja

It-Tlieta 12 ta’ Mejju jiltaqa’ l-Grupp tal-Kelma tal-Ħajja fid-9.30am għand is-Sorijiet.

Laqgħa għall-Koppji Miżżewġiin

Il-Ġimgħa 15 ta’ Mejju fis-7.00pm, il-Kummissjoni Familja qiegħda torganizza laqgħa għall-koppji miżżewġin bit-tema ‘Familja Aħjar’, immexxija min-Nutar Dr Philip Ellul. Il-laqgħa ssir fis-Sala tas-Sorijiet (taħt l-Uffiċċju Parrokkjali).

Reffiegħa għal San Filep

Dawk li jixtiequ jerfgħu fil-vara ta’ San Filep huma mitluba li jimlew formola li tinġabar mis-sagristija u magħha jippreżentaw kopja tal-karta tal-identità. Il-formoli mimlija għandhom jingħataw lill-Arċipriet.

Reġistrazzjoni tat-tfal għall-Iskola

Il-Kap tal-iskola primarja tavża li l-iskola qed tilqa’ applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskola għal dawk it-tfal li twieldu fis-sena 2023. Ir-reġistrazzjoni ssir fl-iskola stess.  

Ġabra Speċjali

Il-ġabra speċjali li saret fi tmiem il-ġimgħa l-oħra kienet ta’ €1,800. Nirringrazzjawkom tal-ġenerożità tagħkom.

Nitolbu għal ħutna John Fenech, Gemma Scicluna, Raymond Tabone u Anthony Agius, kif ukoll għall-ommijiet kollha li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.