Is-Sitt Ħadd tal-Għid – Sena A

L-Ewwel Tqarbina

Nifirħu lit-tfal tal-parroċċa tagħna li qed jagħmlu l-Ewwel Tqarbina. Nitolbu għalihom ħalli jkomplu jikbru fl-imħabba tagħhom lejn Ġesù Ewkaristija.

Trasport għall-Anzjani

Infakkru biex jekk hawn min għandu xi qraba anzjani li jixtiequ jiġu għall-quddiesa speċjali għalihom fil-ġimgħa tal-festa, nhar it-Tlieta 3 ta’ Ġunju fl-10.00am, u li għandhom bżonn trasport, xi ħadd mill-familjari jagħtuna isimhom u d-dettalji tagħhom fis-sagristija. Dawk ukoll li għandhom xi qraba emigranti li se jkunu fostna fil-jiem tal-festa, nitolbukom sabiex tgħaddu l-ismijiet tagħhom fis-sagristija.  

Reffiegħa għall-vara ta’ SanFilep

Dawk li jixtiequ jerfgħu fil-vara ta’ San Filep huma mitluba li jimlew formola li tinġabar mis-sagristija u magħha jippreżentaw kopja tal-karta tal-identità. Il-formoli mimlija għandhom jingħataw lill-Arċipriet.

Nitolbu għal ħuna Philip Cutajar, li għadda għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem. Nitolbu wkoll għall-koppja Vella li tilfu t-tarbija tagħhom Ellie.