Festa ta’ San Filep
Qed niċċelebraw il-Festa tal-Patrun tagħna San Filep. Il-Ħadd, 14/6 fit-8.00am, issir il-Quddiesa Konċelebrata Solenni tal-Festa, immexxija mill-Provinċjal tas-Salesjani Fr Eric Cachia SDB, bil-paniġierku minsuġ mill-Kanonku Dun Antoine Borg.
Fil-5.30pm quddiesa bis-Salmi tal-Għasar u fis-7.00pm tibda ħierġa l-Purċissjoni u tidħol lura fil-Knisja fl-10.30pm.
Adorazzjoni
It-Tlieta 16 ta’ Ġunju, fl-9.45am fil-kappella għand is-Sorijiet ikun hemm l-adorazzjoni li jmexxi s-Superjur Joe Fenech.
Preżentazzjoni tat-tfal u trabi
Il-Ħamis 18 ta’ Ġunju, fil-Quddiesa tas-6.30pm issir il-preżentazzjoni tat-tfal u t-trabi. Peress li se tingħata tifkira żgħira, min se jattendi importanti li jinkiteb fis-sagristija.
Festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù
Il-Ġimgħa 19 ta’ Ġunju ssir il-Festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù fis-Santwarju. Fis-6.15pm tibda l-quddiesa u wara ssir purċissjoni madwar is-Santwarju. Il-Ġimgħa ta’ wara (26/06) issir il-festa fil-Knisja Arċipretali.
Jum il-Missier
Il-Ħadd li ġej 21 ta’ Ġunju, ikun Jum il-Missier. Il-quddiesa tad-9.30am tkun animata b’mod speċjali għal din l-okkażjoni. Inħeġġu lill-familji jattendu għaliha. Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier, iċ-ċimiterju jkun miftuħ is-Sibt u l-Ħadd mis-7.00am sat-3.30pm.
Offerta għall-Festa
Nagħmlu appell biex ilkoll tagħtu s-sehem tagħkom għall-ispejjeż tal-festa. L-offerta tagħkom tistgħu titfgħuha fil-kaxxi li hawn ħdejn l-altar. Nirringrazzjaw lil kull min diġa’ għamel offerta għall-festa.
F’isem is-saċerdoti u l-Kunsill Pastorali Parrokkjali, nawgura l-festa t-tajba lilkom u lill-familji tagħkom.
Nitolbu għal ħuna Joseph Fenech, li għadda għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtih, Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.
