Festa ta’ San Pietru u San pawl
It-Tnejn 29 ta’ Ġunju, niċċelebraw is-Solennità tal-Appostli San Pietru u San Pawl. Il-quddies ikun bħal ta’ matul il-ġimgħa.
Adorazzjoni
Il-Ħamis 2 ta’ Lulju ikun hawn l-adorazzjoni fis-6.00pm qabel il-quddiesa. L-intenzjoni waqt din l-adorazzjoni tkun għall-vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi.
Talb għall-vokazzjonijiet
Il-Ġimgħa 3 ta’ Lulju, l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar, wara l-quddiesa tas-7.00am ikun hawn adorazzjoni fis-skiet quddiem Ġesù Sagramentat sa qabel il-quddiesa tat-8.00am. Dakinhar ukoll imħeġġin inkomplu nitolbu għall-vokazzjonijiet saċerdotali.
Kors ta’ Kana
Infakkru lil dawk l-għarajjes li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin li huwa meħtieġ li jagħmlu l-Kors ta’ Kana. Idealment dan il-kors isir sentejn qabel it-tieġ. Fil-parroċċa tagħna l-kors jibda f’Ottubru li ġej. Dawk il-koppji li jridu jibbukkjaw għalih u jixtiequ aktar informazzjoni huma mitluba li jiġu fl-Uffiċċju Parrokkjali jew ikellmu lill-Arċipriet.
Offerta ta’ San Pietru
Illum qed issir il-Ġabra magħrufa bħala l-“Offerta ta’ San Pietru”. B’din il-ġabra nkunu qegħdin ngħinu lill-Papa Franġisku biex ikun jista’ jifrex il-ħidmiet tiegħu bħala Ragħaj tal-Knisja Universali permezz ta’ għotjiet ta’ karità mad-dinja kollha, b’mod speċjali ma’ dawk milqutin minn xi emerġenza, diżastru naturali jew gwerra. Monsinjur Arċisqof iħeġġiġna biex inkunu ġenerużi u nuru l-għaqda tagħna mal-Papa. Għaldaqstant, il-ġbir kollu fil-quddies ikun għal dan il-għan.
Nitolbu għal ħutna Salvina Coleiro u Anna Magri, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.
