Kors ta’ Kana
Nerġgħu nfakkru lill-għarajjes li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin u li għad iridu jagħmlu l-Kors ta’ Kana, li fil-parroċċa tagħna l-kors se jibda nhar it-Tlieta 6 ta’ Ottubru. Dawk il-koppji li jixtiequ aktar informazzjoni huma mitluba li jiġu fl-Uffiċċju Parrokkjali jew ikellmu lill-Arċipriet.
Offerta għall-Papa
Il-ġbir li sar il-Ħadd li għadda bħala Offerta għall-Papa laħaq is-somma ta’ €2,470. B’din il-ġabra, li ssir mad-dinja kollha fil-Knisja, il-Papa jkun jista’ jifrex il-ħidma tiegħu ta’ karita’.
Nitolbu għal ħutna Phyllis Debono, Oleksander Afanasenko u John Farrugia, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.
