Ħmistax -il Ħadd matul is-Sena A

Festa ta’ Sant’Anna u San Ġwakkin – Jum in-Nanniet

Il-Ħadd, 19 ta’ Lulju, b’rabta mal-festa ta’ Sant’Anna u San Ġwakkin, se niċċelebraw Jum in-Nanniet. Il-quddiesa tad-9.30am se tkun animata b’mod speċjali għal din l-okkażjoni. Nistiednu b’mod speċjali lin-nanniet biex jattendu għal din il-quddiesa flimkien mal-familji tagħhom.

Attivita’ għat-Tfal

It-Tlieta 21 ta’ Lulju se nkunu qed norganizzaw attivita’ tas-sajf għat-tfal minn Year 1 sa Year 6. L-attivita’, li se tkun tinkludi formazzjoni, talb u logħob, se ssir fiċ-Ċentru Ta’ Warda, mill-5.30pm sas-7.30pm. Dawk il-ġenituri li jixtiequ li uliedhom jattendu huma mitluba li jinkitbu fis-sagristija jew minn fuq il-paġna ta’ Facebook tal-parroċċa. 

Festa ta’ San Ġużepp

Ħdejn il-bibien tal-knisja hemm fuljetti bil-programm tal-Festa ta’ San Ġużepp li se niċċelebrawha l-Ħadd 26 ta’ Lulju. Mal-fuljett hemm envelope biex wieħed jagħmel offerta għall-festa. L-envelope bl-offerta tagħkom nitolbukom iġġibuh magħkom fil-knisja u titfgħuh fil-kaxxi li hawn ħdejn l-altar jew tgħadduh lil xi ħadd minna s-saċerdoti.

Nitolbu għal ħutna Saviour Cachia, Maria Grazia Osmond u Nicolai Micallef, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.