Sbatax -il Ħadd matul is-Sena A

Festa ta’ San Ġużepp 

Il-Ħadd, 26/07, fit-8.00am ikollna il-quddiesa solenni li se tkun immexxija mill-Arċipriet, bil-paniġierku minn Mons. Brendan Gatt. Il-quddiesa ta’ wara tkun fl-10.00am għat-tfal u l-familji. 

Fis-6.00pm ikun hawn quddiesa bil-kant li fiha jingħad l-Għasar.

Fis-7.30pm toħroġ il-purċissjoni li tidħol lura fl-10.00pm u tagħlaq bl-antifona u l-Barka Sagramentali.

Min jixtieq jagħmel offerta għall-ispejjeż tal-festa ta’ San Ġużepp huwa mitlub jitfa’ l-offerta tiegħu fil-kaxxi li hawn ħdejn l-altar. Sa issa mill-envelopes inġabru €1,390. L-offerti li nġabru mill-inizjattiva Ċirku Dsatax minn diversi benefatturi għal din il-festa laħqu s-somma ta’ €1,635. Nirringrazzjaw lil kull min ta s-sehem tiegħu.

Adorazzjoni

Infakkru li kull nhar ta’ Ħamis fis-6.00pm fil-Knisja Arċipretali jkun hawn nofs siegħa adorazzjoni sa qabel il-quddiesa tas-6.30pm.

L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar

Il-Ġimgħa, 31/07, wara l-quddiesa tas-7.00am ikun hawn adorazzjoni fis-skiet quddiem Ġesù Ewkaristija sa qabel il-quddiesa tat-8.00am.

Ħarġa għal Għawdex

Nhar l-Erbgħa 5 ta’ Awwissu, li tinkludi wkoll żjara fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu. Tluq minn ħdejn il-Posta fis-7.00am. Booking mingħand il-membri tal-grupp tal-fundraising. Aktar informazzjoni mill-paġna ta’ Facebook tal-parroċċa.

Nitolbu għal ħutna Karmena Barbara u Joseph Mifsud, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.