Adorazzjoni fil-kappella ta’ Dar San Ġużepp
It-Tlieta, 18/8, issir l-adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe Fenech, fil-kappella ta’ Dar San Ġużepp (għand is-Sorijiet) fl-10.00am.
Attivita’ għat-Tfal
L-Erbgħa 19 ta’ Awwissu ikollna l-attività tas-sajf għat-tfal minn Year 1 sa Year 6. L-attivita’ tibda fil-5.00pm u se tinkludi mument ta’ formazzjoni fil-Knisja u logħob fiċ-Ċentru Ta’ Warda sas-7.00pm. Dawk il-ġenituri li jixtiequ li uliedhom jattendu huma mitluba li jinkitbu fis-sagristija jew minn fuq il-paġna ta’ Facebook tal-parroċċa.
Adorazzjoni fil-knisja parrokkjali
Il-Ħamis ikun hawn nofs siegħa adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija fis-6.00pm, qabel il-quddiesa.
