Erbgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena Ċ – Festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib

Attivita’ għat-Tfal

It-Tlieta (16/09) Mill-5.30pm sas-7.30pm ikollna l-aħħar attivita’ tas-sajf għat-tfal minn Year 1 sa Year 6, fiċ-Ċentru Ta’ Warda. Dawk il-ġenituri li jixtiequ li uliedhom jattendu huma mitluba li jinkitbu fis-sagristija jew minn fuq il-paġna ta’ Facebook tal-parroċċa.

Tberik tal-Basktijiet

Il-Ħadd 21 ta’ Settembru li ġej fil-Quddiesa tad-9.30am se jsir it-tberik tal-basktijiet tal-iskola. It-tfal kollha huma mħeġġa li jattendu u jġibu magħhom il-basket jew il-pocket tagħhom tal-iskola biex jitbierek.

Festa ta’ Marija Addolorata

Il-Ħadd li ġej (21/09) nagħmlu l-festa ta’ Marija Addolorata. L-Erbgħa, il-Ħamis u l-Ġimgħa jkunu ġranet tat-Tridu. Il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun bil-prietka mill-Kanonku Dun Noel Borg. Il-Ħadd fis-6.00pm issir il-quddiesa solenni mill-Kanonku Dun Stefan Galea. Wara toħroġ il-purċissjoni akkumpanjata bit-talba tar-Rużarju li se tgħaddi minn Misraħ San Filep, Triq Sciortino, Triq Frans Sammut u Triq il-Kbira. Ħdejn il-bibien tal-knisja hemm leaflet bil-programm u miegħu envelope biex min jixtieq jagħmel offerta b’riżq din il-festa. L-envelopes bl-offerti jintefgħu fil-kaxxi li hawn ħdejn l-artal. 

Reġistrazzjoni Katekiżmu

Matul din il-ġimgħa tkompli r-reġistrazzjoni tat-tfal għall-katekiżmu fil-parroċċa tagħna. Il-ġenituri/kustodji tat-tfal li se jibdew jattendu għall-ewwel darba f’wieħed miċ-ċentri tal-katekiżmu fil-parroċċa tagħna huma mitluba li jirreġistraw lit-tfal tagħhom sal-20 ta’ Settembru. L-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju Parrokkjali, mis-Sagristija, miċ-ċentri tal-katekiżmu, kif ukoll minn fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa tagħna. Importanti li meta l-ġenituri jiġu bl-applikazzjoni fl-uffiċċju ikunu preżenti iż-żewġ ġenituri, peress li l-applikazzjoni trid tkun iffirmata minnhom it-tnejn quddiem saċerdot jew min ikun qiegħed jaqdi fl-uffiċċju parrokkjali.  

Ġabra b’riżq il-ħidma fl-Art Imqaddsa permezz tal-Patrijiet Franġiskan

Il-ġbir li jsir fil-quddies tas-Sibt u l-Ħadd li ġej 20-21 ta’ Settembru ikun b’riżq il-ħidma li l-Knisja twettaq fl-Art Imqaddsa permezz tal-Patrijiet Franġiskani. L-Arċisqof iħeġġiġna biex minbarra l-offerta li nistgħu noffru, nitolbu wkoll biex f’din l-art fejn għex Sidna Ġesù Kristu jkun hemm il-paċi. 

Ġabra għall-Knisja

Il-ġabra speċjali li saret il-Ħadd li għadda għall-ħtiġijiet tal-knisja kienet ta’ €1,400. Nirringrazzjawkom tal-ġenerożità tagħkom.

Nitolbu għal Emanuel Buhagiar, Geraldine Gatt u Raymond Cassar li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtiha, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.