Erbgħa u Tletin Ħadd matul is-Sena Ċ – Solennita’ ta’ Kristu Sultan

Festa Kristu Sultan

Qegħdin niċċelebraw il-festa ta’ Kristu Sultan. Il-Ħadd (23/11) filgħaxija, Monsinjur Arċisqof se jmexxi ċelebrazzjoni ta’ talb fil-Bażilika ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid, fil-5.00pm. F’din l-okkażjoni l-Arċisqof jagħti l-messaġġ tiegħu.

Laqgħa għall-koppji miżżewġin

Il-Ġimgħa (28/11), se ssir laqgħa għall-koppji miżżewġin, fis-6.30pm, fis-sala tas-Sorijiet, organizzata mill-Kummissjoni Familja. Il-kelliema se tkun Ms Bernardette Briffa mill-Caritas.

Bidu tal-Avvent u tberik tal-girlanda

Minn nhar il-Ħadd li ġej (30/11) nagħtu bidu għaż-żmien tal-Avvent bi tħejjija għall-Milied.

Matul is-Sibtijiet tal-Avvent, fil-5.00pm qabel il-quddiesa, nitolbu flimkien it-talba tal-Għasar.   

Fil-quddiesa tad-9.30am, il-Ħadd li ġej (30/11) isir it-tberik tal-Girlanda tal-Avvent. It-tfal huma mistiedna jġibu l-girlanda tagħhom biex titbierek waqt il-quddiesa.

Attivita’ Soċjali

Il-Ħadd li ġej (30/11) bejn id-9.00am u l-11.00am se ssir attività soċjali bejn żgħażagħ u anzjani organizzata mill-grupp taż-żgħażagħ tal-Leġjun ta’ Marija. L-attività se ssir fis-Sala tas-Sorijiet. Aktar dettalji jinsabu fil-poster li hemm fin-noticeboards tal-Knisja.

Laqgħa għall-Għarajjes

Il-Ġimgħa 12 ta’ Diċembru se ssir laqgħa għall-għarajjes li se jiżżewġu s-sena d-dieħla (2026). Il-laqgħa se ssir fis-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesù fis-7.30pm.

Kunċert b’riżq id-Dar tal-Providenza

Infakkru li f’Diċembru qrib il-Milied (nhar is-Sibt 20 ta’ Diċembru) fil-Knisja Arċipretali se jittella’ kunċert b’riżq id-Dar tal-Providenza u nixtiequ li fih jieħdu sehem it-tfal tal-parroċċa. Għaldaqstant, jekk hawn xi ġenituri li jixtiequ li uliedhom jieħdu sehem huma mitluba li jieħdu formola mis-sagristija.

Gazzetta il-LEĦEN

Bħalma forsi ħafna jafu, darba fil-ġimgħa toħroġ gazzetta li ġġib l-isem IL-LEĦEN. Din il-gazzetta hi maħruġa mill-Azzjoni Kattolika Maltija u hi l-unika gazzetta b’ispirazzjoni Kattolika li tagħti aħbarijiet mid-dinja Kattolika, u fiha jkun hemm artikli fuq suġġetti reliġjużi, soċjali u kulturali. Għal min jixtieq jabbona fiha, fin-noticeboards hemm poster b’aktar dettalji. Tistgħu  ukoll tkellmu lil Joe Micallef tal-Legion of Mary.

Nitolbu għal oħtna Lourdes Attard, li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem, u għal ħutna mejtin kollha. Agħtihom, Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.