Ħadd il-Għid – Sena Ċ

Purċissjoni ta’ Kristu Rxoxt

Ħadd il-Għid fid-9.00am toħroġ il-purċissjoni ta’ Kristu Rxoxt. Fid-9.30am ikollna quddiesa speċjali tal-Għid għat-tfal u l-familji. F’nofsinhar isir it-tberik tal-figolli fuq iz-zuntier.

Adorazzjoni

It-Tlieta (22/04) fl-10.00am fil-Kappella tas-Sorijiet ikun hemm l-adorazzjoni li tkun animata mis-Superjur Joe Fenech.

Via Lucis

Il-Ħamis (24/04) April fis-6.00pm se ssir Via Lucis b’meditazzjonijiet fuq il-misteru tal-Qawmien ta’ Kristu.

Festa tal-Ħniena Divina

Nhar il-Ħadd li ġej (27/04) niċċelebraw il-Festa tal-Ħniena Divina. Fil-5.30pm ikollna quddiesa kantata u wara tkompli adorazzjoni.

Ġabra b’risq il-Festi tal-Għid

Il-ġabra li saret is-Sibt u l-Ħadd li għadda b’risq il-festi tal-Għid kienet ta’ €2,500 u l-ġabra li saret b’riżq id-Dar tal-Kleru nhar Ħamis ix-Xirka kienet ta’ €730. Mill-envelopes inġabru €1,400. Nirringrazzjawkom.

Buffet Breakfast b’risq il-missjoni fil-Peru’

Se jsir Buffet Breakfast b’risq il-missjoni li żgħażagħ mill-parroċċa se jagħmlu fil-Peru’, nhar it-Tlieta 29 ta’ April fit-8.30am. Iktar informazzjoni fuq in-noticeboards.

Reġistrazzjoni tat-tfal fl-iskola primarja għal Ottubru

L-iskola primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ tixtieq tinfurmakom li qed tilqa’ reġistrazzjonijiet tat-tfal għall-ewwel sena tal-Kinder. Dawk il-ġenituri li għandhom tfal li twieldu fis-sena 2022 jistgħu jiġbru l-applikazzjoni mill-iskola jew iċemplu fuq 2598 7660 għal aktar informazzjoni.  Dawn it-tfal jibdew skola f’Ottubru 2025.

Awguri tal-Għid

F’isem il-Kleru u l-Kunsill Pastorali Parrokkjali, nawguraw lil kulħadd l-Għid it-tajjeb.    

Nitolbu għal ħutna Anthony Mallia, Marianna Gauci, Ġużeppa Cutajar u Ruth Borg Thompson, li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.