Attivita’ b’rise ir-Residenza ta’ St Patrick
Il-Ħadd (8/2) wara l-quddiesa tad-9.30am ikollna l-attivita’ għat-tfal u l-familji fuq iz-zuntier b’risq ir-Residenza ta’ Saint Patrick f’Tas-Sliema. Nistiednu lill-familji bit-tfal biex jieħdu sehem.
Griżma tal-Isqof
It-Tnejn 9 ta’ Frar, fil-quddiesa tas-6.30pm, fil-Knisja Arċipretali, dawk l-adolexxenti li se jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof f’Ottubru ta’ din is-sena huma mistiedna jressqu t-talba tagħhom biex jirċievu dan is-sagrament. Il-ġenituri u l-parrini huma mistiedna jattendu magħhom għal din il-quddiesa.
Festa ta’ San Pawl
It-Tlieta 10 ta’ Frar, Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, il-quddies ikun fis-6.00am, 7.00am, 8.00am u jkun hawn quddiesa oħra fid-9.30am. Il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun fis-6.30pm. Ħaġa sabiħa li f’din il-ġurnata għażiża għalina l-Maltin nieħdu sehem fil-quddiesa.
Quddies speċjali għall-miżżewġin
Il-Ġimgħa 13 ta’ Frar, nistiednu lill-koppji miżżewġin għal quddiesa speċjali għalihom fis-6.30pm, fil-Knisja Arċipretali. Dawk il-koppji li s-sena li għaddiet iċċelebraw xi anniversarju speċjali miż-żwieġ tagħhom huma mistiedna li jidħlu fis-sagristija u jagħtuna l-ismijiet tagħhom. Din l-attività qed tiġi organizzata mill-Kummissjoni Familja tal-parroċċa, flimkien mal-Azzjoni Kattolika Nisa.
Coffee Morning
It-Tlieta 17 ta’ Frar fid-9.15am se jsir Coffee Morning b’risq il-knisja fis-Sala tas-Sorijiet. Biljetti mingħand il-helpers tal-grupp tal-fundraising.
Ġabra Speċjali
Il-Ġabra Speċjali li saret is-Sibt u l-Ħadd li għadda b’risq il-knisja kienet ta’ €1,814. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna li dejjem tagħtu lill-knisja. Is-sorijiet tal-Little Sisters of the Poor tal-Ħamrun jixtiequ jirringrazzjaw li kull min tahom xi donazzjoni b’riżq id-dar tal-anzjani li jmexxu huma. Il-ġabra kienet ta’ €1,500.
