Il-Ħames Ħadd tar-Randan – Sena Ċ

Laqgħa għall-persunaġġi tal-Ġimgħa l-Kbira (ħwejjeġ privati)

It-Tnejn (7/4) fis-6.30pm, fis-Sala Parrokkjali, ikollna laqgħa għal dawk li jieħdu sehem fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira bl-ilbiesi privati / personali.  Dakinhar jinġabru wkoll it-tesseri li huma obbligatorji biex wieħed jieħu sehem fil-Purċissjoni.

Laqgħa Grupp Kelma tal-Ħajja

It-Tlieta (8/4) fid-9.30am jiltaqa’ l-Grupp tal-Kelma tal-Ħajja għand is-Sorijiet.

Laqgħa dwar Beatifikazzjoni

L-Erbgħa (9/4) se ssir laqgħa fis-Sala tas-Sorijiet organizzata mill-Azzjoni Kattolika tan-Nisa li se titmexxa minn persuni inkarigati mill-Arċisqof biex imexxu l-Kawża tal-Beatifikazzjoni tal-koppja Maltija Inez u Henry Casolani. Min jixtieq jista’ jattendi għal din il-laqgħa li tibda fid-9.30am.

Adorazzjoni

Il-Ħamis (10/4) fis-6.00pm ikun hawn adorazzjoni Ewkaristika bi preparazzjoni għall-festa tad-Duluri u fl-istess ħin ikun hawn il-qrar.

Festa tad-Duluri

Il-Ġimgħa (11/4) niċċelebraw il-festa tad-Duluri ta’ Marija Santissima. Il-quddies filgħodu jkun fis-6.00am, fis-7.00am u fit-8.00am. Fid-9.30am ikun hawn quddiesa għat-tfal tal-iskola. Fil-5.00pm ikun hawn il-Qrar u fil-5.30pm quddiesa bil-kant. Wara l-quddiesa, fis-6.15pm joħroġ il-Pellegrinaġġ bix-xbiha tad-Duluri, li se jgħaddi minn Triq Sciortino, Triq Frans Sammut, Triq il-Kbira u l-Pjazza. Għas-7.30pm, wara l-pellegrinaġġ, ikollna quddiesa oħra.

Bidu tal-Ġimgħa Mqaddsa

Il-Ħadd (13/4) nagħtu bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa bit-Tifkira Solenni tad-Daħla ta’ Ġesu’ f’Ġerusalemm. Fid-9.00am issir iċ-ċerimonja tat-tberik taż-żebbuġ f’Misraħ l-Isptar u wara ssir purċissjoni sal-Knisja fejn tkompli l-quddiesa. Inħeġġu lit-tfal sabiex jieħdu sehem, u jekk jixtiequ, jistgħu jilbsu lbies ta’ tfal Lhud. 

Programm tal-Ġimgħa Mqaddsa

Matul dawn il-jiem se jitqassam fi djarkom fuljett bil-programm tal-ġranet tal-Ġimgħa Mqaddsa u l-Festi tal-Għid. Nitlob lil dawk li s-soltu jqassmu l-fuljetti fid-djar biex jieħdu l-kopji tagħhom mis-sagristija.

Il-Ħadd li ġej, meta nagħtu bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa, nagħmlu ġabra speċjali b’riżq l-ispejjeż marbutin mal-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid. Intom u ħerġin hemm envelopes biex min jixtieq jagħmel offerta għal dan l-iskop. Nirringrazzjaw lil kull min jagħti s-sehem tiegħu biex ngħinu f’dawn l-ispejjeż.

Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju

Minn nhar il-Ġimgħa, Festa tad-Duluri, sal-Ġimgħa l-Kbira, is-Segretarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika jorganizza Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju. Aħna mħeġġin nagħmlu xi offerta, li tkun frott ta’ xi sagrifiċċju personali, biex ngħinu persuni u familji fil-bżonn. L-offerti għandhom jintefgħu fil-kaxxa li hawn ħdejn il-presbiterju tal-Knisja Arċipretali. 

Nitolbu għal ħutna Brian Latham u Concetta Pisani, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.