Il-Magħmudija tal-Mulej – Sena A

Ġimgħa ta’ Talb

Mill-Ħadd 18 sal-Ħadd 25 ta’ Jannar, meta niċċelebraw il-Festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl, tibda l-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost il-Knejjes Insara mad-dinja kollha. Xieraq li f’għaqda mal-Knisja Universali nitolbu biex il-knejjes insara differenti jkunu dejjem iżjed ħaġa waħda bejniethom.  

Laqgħa Grupp Padre Pio

L-Erbgħa jmiss il-laqgħa tal-Grupp ta’ Padre Pio li tibda fis-6.00pm bit-talba tar-Rużarju meditat.

Quddiesa animata mill-Banda San Filep

Il-Ħadd 18 ta’ Jannar, il-quddiesa tal-11.00am se tkun animata mill-Għaqda Każin Banda San Filep, bis-sehem tal-banda taħt id-direzzjoni u b’mużika ta’ Mro Richard Bugeja. 

Sejħa għall-Voluntiera għall-Pellegrinaġġ Djoċesan f’Lourdes

L-Għaqda Maltija għat-Trasport tal-Morda f’Lourdes (UMTAL) qed tagħmel sejħa għall-voluntiera, kemm mediċi kif ukoll dawk li mhumiex, biex jingħaqdu għall-Pellegrinaġġ Djoċesan f’Lourdes, biex jgħinu l-morda u persuni b’diżabilità. Id-dati tal-pellegrinaġġ se jkunu mit-13 sat-18 ta’ Lulju 2026. Dawk li jixtiequ joffru li jkunu voluntiera, ikollhom laqgħat ta’ taħriġ u preparazzjoni. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mis-sagristija jew mill-avviżi li hemm fin-noticeboards.

Proġett tad-Damask

Id-donazzjonijiet li daħlu s’issa b’riżq il-proġett tad-damask laħqu €16,110. Nirringrazzja lil kull min qiegħed jagħti s-sehem tiegħu.

Coffee Morning

It-Tlieta 13 ta’ Jannar fid-9.15am ikollna l-Coffee Morning b’riżq il-knisja fis-Sala tas-Sorijiet. Biljetti mingħand il-helpers tal-grupp tal-fundraising. 

Nitolbu għal ħutna Ludgarda Debattista, Eugenia Bonello, MaryRose Sciortino u Oliver Aquilina, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.