Tberik tal-Presepji u Bambini
Il-Ħadd (21/12) għall-quddiesa tad-9.30am it-tfal huma mistiedna jġibu l-bambin jew presepju żgħir biex jitbierku waqt il-quddiesa.
Quddies ta’ lejlet il-Milied
L-Erbgħa (24/12), lejlet il-Milied, il-quddies ta’ filgħaxija jkun fil-5.15pm u fis-6.30pm. Fis-6.00pm toħroġ il-purċissjoni bil-Bambin mill-qasam tal-MUSEUM tas-Subien u tintemm fil-Knisja Arċipretali għas-7.15pm, fejn issir ċelebrazzjoni madwar Ġesù Bambin bis-sehem tat-tfal. Fl-10.15pm tibda Velja b’riflessjonijiet u kant u l-Prietka mit-tfal. Fil-11.00pm tibda l-Quddiesa Solenni tal-Lejl tal-Milied.
Quddies nhar il-Milied
Nhar il-Milied, il-quddies ikun bħal tal-Ħadd. Fid-9.30am issir quddiesa speċjali għall-familji u t-tfal u li fiha ssir il-prietka tradizzjonali mit-tfal. Filgħaxija l-quddiesa tkun fis-6.30pm.
Kwaranturi
Mit-Tnejn 29 sal-Erbgħa 31 ta’ Diċembru, l-aħħar jum tas-sena, jkollna l-ġranet tal-Kwaranturi fil-Knisja Arċipretali. F’dawn il-ġranet ikun hawn l-espożizzjoni solenni tal-Ewkaristija matul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu u filgħaxija, mill-4.30pm ’il quddiem. Fis-sagristija hemm skeda tal-ħinijiet biex min jixtieq joffri nofs siegħa adorazzjoni fil-ħinijiet tal-adorazzjoni jkun jista’ jinkiteb.
Festa tal-Familja Mqaddsa
Il-Ħadd (28/12), niċċelebraw il-Festa tal-Familja Mqaddsa. Dakinhar nitolbu b’mod speċjali għall-familji tagħna.
Għeluq il-Ġublew tat-Tama
L-Arċidjoċesi ta’ Malta se tkun qed tiċċelebra l-għeluq tal-Ġublew tat-Tama permezz ta’ quddiesa nhar il‑Ħadd li ġej, 28 ta’ Diċembru 2025, fil‑Katidral tal-Imdina fis‑6.00p.m. Din il-quddiesa se tkun iċċelebrata minn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna. Ilkoll mistiedna biex nattendu.
Nitolbu għal ħutna Joseph Caruana, Concetta Cortis, Anthony Sciortino u Annunziata Bonanno, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.
