Adorazzjoni fil-Kappella tas-Sorijiet
It-Tlieta 20 ta’ Jannar fl-10.00am issir l-adorazzjoni fil-kappella tas-Sorijiet immexxija mis-Superjur Joe Fenech.
Adorazzjoni
Il-Ħamis 22 ta’ Jannar fis-6.00pm, fil-Knisja Arċipretali ikun hawn l-adorazzjoni li fiha se nitolbu b’mod speċjali għall-għaqda fost il-Knejjes Insara.
Servizz Ekumeniku
Il-Ġimgħa 23 ta’ Jannar se jsir Servizz Ekumeniku u talb mal-aħwa Nsara minn Knejjes oħra fil-preżenza tal-mexxejja ta’ Knejjes oħra, Ortodossi u Protestanti, li jinsabu f’pajjiżna. Il-laqgħa se ssir fil-Knisja Arċipretali u Bażilika ta’ San Pawl ir-Rabat, fis-6.30pm. Kulħadd huwa mistieden.
Jum il-Kelma t’Alla
Il-Ħadd 25 ta’ Jannar, il-Knisja Universali tiċċelebra Jum il-Kelma ta’ Alla – Jum il-Bibbja. Dan il-jum ifakkarna fil-bżonn li aħna nkunu midħla tal-Kelma ta’ Alla li ddawwal ħajjitna. Għall-quddiesa tad-9.30am nistiednu t-tfal biex iġibu magħhom il-Bibbja tagħhom ħalli nberkuhom waqt il-quddiesa.
Nitolbu għal ħutna Gaetano Borg, Ruth Aquilina u Marianna Barbara, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.
