Tletin Ħadd matul is-Sena Ċ

Festa tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja

Qegħdin niċċelebraw il-festa tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja. Festa li tfakkarna fil-qdusija ta’ din il-knisja li aħna bħala nsara ninġabru fiha biex nagħtu qima lil Alla. Fuq kollox niftakru li l-Knisja, aktar milli l-bini, hija aħna, il-poplu t’Alla. 

Ħinijiet tal-Quddies

Issa li qlibna għall-ħin tax-xitwa, infakkru li l-ħin tal-quddies filgħaxija ma jinbidilx.

Rużarju fil-Beraħ

Il-Leġjun ta’ Marija se jorganizza Rużarju fil-beraħ minn nhar it-Tnejn (għada) sa nhar il-Ġimgħa li ġej fil-pjazza ta’ Ħal Dwieli. Ir-Rużarju jibda fis-5.45pm u l-Ġimgħa jkun hemm quddiesa fil-pjazza wara r-Rużarju. Inħeġġu lil min jista’ sabiex jattendi, b’mod speċjali lil dawk li joqogħdu f’din iż-żona.

Festa tal-Qaddisin Kollha

Is-Sibt 1 ta’ Novembru, Festa tal-Qaddisin Kollha. L-għada l-Ħadd, 2 ta’ Novembru, niċċelebraw l-Għid tal-Imwiet. Niftakru f’ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Il-ħinijiet tal-quddies ikunu bħal tal-Ħadd.

Quddiesa għat-Tfal

It-Tnejn 3 ta’ Novembru, fis-6.00pm ikollna quddiesa għat-tfal fil-Knisja Arċipretali. Nistiednu lit-tfal jiġu lebsin tal-qaddis/a favorit/a tagħhom jew b’ilbies ikkulurit. Wara jkun hemm attività varjata għat-tfal fuq iz-zuntier. Navżaw li dakinhar din tkun l-unika quddiesa filgħaxija u ma jkunx hawn quddiesa fis-6.30pm.  

Quddies u Tberik fiċ-Ċimiterji

Il-Ħadd li ġej, 9 ta’ Novembru, fl-4.00pm ikun hemm quddiesa fiċ-ċimiterju tal-Qalb ta’ Ġesu’ u wara jsir it-tberik tal-oqbra.

It-tberik taċ-ċimiterju ta’ Sant’Andrija jsir il-Ħadd ta’ wara, 16 ta’ Novembru, fl-10.00am.

Fil-quddies li jsir fiċ-ċimiterji niftakru b’mod speċjali f’dawk li mietu minn Novembru tas-sena l-oħra ’l hawn. Il-familjari u l-qraba tagħhom huma mistiedna biex jieħdu sehem f’dan il-quddies.

Matul ix-xahar ta’ Novembru, iċ-ċimiterju tal-Qalb ta’ Ġesù jkun miftuħ kuljum mis-7.00am sat-3.30pm. 

Ġabra b’riżq il-Missjoni

Il-ġbir li sar fil-quddies is-Sibt u l-Ħadd li għadda fil-Knisja Arċipretali u fil-knejjes l-oħra b’riżq il-Missjoni kien ta’ €5,548.

Prietka tal-Milied

Dawk it-tfal subien u bniet li jixtiequ jagħmlu l-prietka tal-Milied, il-ġenituri tagħhom huma mitluba li jiktbuhom fis-sagristija.

Nitolbu għal oħtna Josephine Micallef, li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtiha, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.