Tlieta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena Ċ

Reġistrazzjoni tat-tfal għall-Katekiżmu

Qed nilqgħu r-reġistrazzjoni tat-tfal għall-katekiżmu fil-parroċċa tagħna. Il-ġenituri/kustodji tat-tfal li se jibdew jattendu għall-ewwel darba f’wieħed miċ-ċentri tal-katekiżmu fil-parroċċa tagħna huma mitluba li jirreġistraw lit-tfal tagħhom sal-20 ta’ Settembru. L-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju Parrokkjali, mis-Sagristija, miċ-ċentri tal-katekiżmu, kif ukoll minn fuq il-paġna ta’ Facebook tal-parroċċa tagħna. Importanti li meta l-ġenituri jiġu bl-applikazzjoni fl-uffiċċju ikunu preżenti iż-żewġ ġenituri, peress li l-applikazzjoni trid tkun iffirmata minnhom it-tnejn quddiem saċerdot jew min ikun qiegħed jaqdi fl-uffiċċju parrokkjali.

Laqgħa Grupp Padre Pio

L-Erbgħa (10/09) jiltaqa’ l-Grupp ta’ San Padre Pio. Il-laqgħa tibda fis-6.00pm b’rużarju meditat u wara tkompli bil-quddiesa ta’ filgħaxija. 

Pellegrinaġġ

Nhar il-Ġimgħa (12/09) se jsir pellegrinaġġ mill-Knisja Arċipretali għall-knisja tal-Madonna tal-Grazzja b’rabta mas-sena tal-Ġublew. It-tema għal din il-mixja ser tkun “It-tama fil-familji tagħna”. Ninġabru fil-Knisja Arċipretali fis-6.15pm u nimxu  lejn Tal-Grazzja. Fi tmiem il-pellegrinaġġ, għas-7.00pm ikun hemm quddiesa. Dak inhar tkun il-festa liturġika tal-Madonna tal-Grazzja, għalhekk xieraq nafdaw il-familji tagħna taħt il-ħarsien ta’ Marija. Inħeġġeġ, b’mod speċjali il-familji, biex nieħdu sehem f’din il-mixja ta’ Fidi. Minħabba dan il-pelleġrinaġġ ma jkunx hawn quddiesa fil-nisja Arċipretali fis-6.30pm.

Attività għat-Tfal

It-Tlieta 16 ta’ Settembru se nkunu qed norganizzaw attività ta’ għeluq is-sajf għat-tfal minn Year 1 sa Year 6. L-attivita’, li se tinkludi formazzjoni, talb u logħob, se ssir fiċ-Ċentru Ta’ Warda mill-5.00pm sas-7.00pm. Dawk il-ġenituri li jixtiequ li uliedhom jattendu huma mitluba li jinkitbu fis-sagristija jew minn fuq il-paġna ta’ facebook tal-Parroċċa.

Festa ta’ Marija Addolorata

Il-Ħadd 21 ta’ Settembru niċċelebraw il-festa ta’ Marija Addolorata. Fuq l-imwejjed hdejn il-bibien tal-ġnub tal-knisja hemm il-programm tal-festa u envelope għal min jixtieq jikkontibwixxi għall-ispejjeż marbutin ma’ din il-festa. L-offerti għandhom jintefgħu fil-kaxxi li hawn ħdejn l-artal.

Fr Malcolm Saliba

Insellmu lil Fr Malcolm li ġie msejjaħ mill-Arċisqof biex ikompli studji speċjalizzati fit-Teoloġija barra minn Malta. Nirringrazzjawh tal-ħidma u l-preżenza tiegħu fostna bħala djaknu u saċerdot. Nitolbu għalih f’din ir-responsabilta afdata lilu mill-Knisja.

Ġabra Speċjali

Fl-Ewwel Ħadd tax-Xahar, issir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-knisja. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom li dejjem tagħtu permezz tal-offerti tagħkom.

Nitolbu għal ħutna Charlie Mifsud, Joseph Zammit, u l-koppja Manuel u Doris Buhagiar li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.