Quddies u tberik tal-oqbra
Il-Ħadd (16/11) ikun hemm quddiesa fl-10.00am fiċ-Ċimiterju ta’ Sant’Andrija u wara jsir it-tberik tal-oqbra.
Adorazzjoni
It-Tlieta (18/11) fl-10.00am ikun hemm l-Adorazzjoni animata mis-Superjur Joe Fenech fil-Kappella ta’ San Ġużepp għand is-Sorijiet.
Quddiesa għar-Romol
Il-Ġimgħa (21/11), għall-quddiesa tas-6.30pm huma mistiedna r-romol li tilfu l-għeżież tagħhom. Min jixtieq jista’ jikteb isimhom fis-sagristija biex jissemmew fil-bidu tal-quddiesa.
Vestizzjoni tal-Abattini
Is-Sibt (22/11) tmint itfal mill-parroċċa tagħna se jagħmlu l-Vestizzjoni tal-Abbatini fil-quddiesa tas-6.30pm fil-Knisja Arċipretali. Nawguraw lil dawn it-tfal li se jingħaqdu mal-grupp tal-abbatini u nitolbu għalihom.
Festa ta’ Kristu Sultan
Il-Ħadd (23/11) nagħlqu s-Sena Liturġika tal-Knisja bil-festa ta’ Kristu Sultan. Mons. Arċisqof se jmexxi ċelebrazzjoni ta’ talb fil-Bażilika ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid, fil-5.00pm, fejn jagħti wkoll il-messaġġ tiegħu.
Assemblea Djoċesana
Il-Ħamis u l-Ġimgħa (20/11 u 21/11) se tiltaqa’ l-Assemblea Djoċesana msejħa minn Monsinjur Arċisqof. Din l-Assemblea, li ssir kull sena, iġġib flimkien mal-Arċisqof rappreżentanti ta’ għaqdiet, movimenti u gruppi pastorali fi ħdan il-Knisja Maltija. Il-laqgħat se jsiru fil-Kurja, il-Furjana, fis-6.00pm. Nitolbu biex din l-Assemblea tħalli frott fil-ħidma pastorali tal-Knisja f’Malta.
Kunċert tal-Milied u Kor tat-Tfal
F’Diċembru qrib il-Milied (is-Sibt, 20 ta’ Diċembru) il-kor EnKor se jagħti kunċert fil-Knisja Arċipretali li se jkun b’riżq id-Dar tal-Providenza. Nixtiequ li għal dan il-kunċert ninvolvu t-tfal tal-parroċċa. Għaldaqstant, jekk hawn xi ġenituri li jixtiequ li uliedhom jieħdu sehem huma mitluba li jieħdu formola mis-sagristija.
Intenzjonijiet tal-Quddies
Dawk li jixtiequ jiktbu l-intenzjonijiet tal-quddies għax-xhur ta’ bejn Jannar u Ġunju (2026), huma mitluba jidħlu fis-sagristija u jkellmu lil xi ħadd mis-saċerdoti.
Donazzjonijiet Hospice Malta
Hospice Malta jixtiequ jirringrazzjaw lil dawk kollha li taw donazzjonijiet meta f’Ottubru xi voluntiera tagħhom kienu fil-parroċċa. Dakinhar inġabret is-somma ta’ €2,650.
Nitolbu għall-ħutna Polly Zammit u Filippa Briffa u għall-mejtin kollha. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.
