Tnejn u Għoxrin Ħadd matul is-Sena Ċ

Adorazzjoni

Il-Ġimgħa (05/09), l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, wara l-qudddiesa tas-7.00am ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni fis-skiet quddiem Ġesù Ewkaristija sa qabel il-quddiesa tat-8.00am.

Attivita’ b’riżq il-Ġimgħa l-Kbira

Nhar is-Sibt (06/09) se jsir BBQ b’riżq il-Ġimgħa l-Kbira fil-bitħa tas-Sorijiet, mis-7.00pm ’il quddiem. Din l-attività qed issir mill-grupp imwaqqaf mill-Arċipriet biex jorganizza u jieħu ħsieb jinġabru fondi għal xogħol ta’ restawr, tiswijiet u spejjeż oħra li tirrikjedi il-Ġimgħa l-Kbira. Bookings u aktar dettalji issibuhom fil-posters li hemm fin-notice boards.

Nitolbu għal ħutna Victor Mizzi, Filippa Grech u Joseph Zammit, li għaddew għal-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.