L-Għid tal-Imwiet
Il-Ħadd, 2/11, niċċelebraw l-Għid tal-Imwiet. Niftakru f’ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Il-ħinijiet tal-quddies jibqa’ bħal tal-Ħadd. Matul dan ix-xahar iċ-ċimiterju tal-Qalb ta’ Ġesù jkun miftuħ kuljum mis-7.00am sat-3.30pm.
Ċelebrazzjoni tal-Qaddisin Kollha
Nhar it-Tnejn (3/11), se ssir Ċelebrazzjoni tal-Qaddisin Kollha għat-tfal li tibda fis-6.00pm b’quddiesa fil-Knisja Arċipretali. Nistiednu lit-tfal jiġu lebsin ilbies abjad jew isfar. Wara jkun hemm attività varjata għat-tfal fuq iz-zuntier. Navżaw li din tkun l-unika quddiesa għal nhar it-Tnejn filgħaxija u ma jkunx hawn quddiesa fis-6.30pm.
Ftuħ taċ-Ċenaklu
L-Erbgħa (5/11) se jerġa’ jinfetaħ mill-ġdid iċ-Ċenaklu wara li sar xi xogħol fih. Fis-7.00pm, fiċ-Ċenaklu stess, Fr Peter Paul Sultana se jagħti spjegazzjoni u tifsira dwar ix-xogħol li sar minnu stess u d-dehra ġdida li ngħatat lil dan il-post ta’ talb u ġabra. Wara, l-Ewkaristija titqiegħed fit-tabernaklu u jsir mument ta’ adorazzjoni.
Adorazzjoni
Il-Ġimgħa (7/11), l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, wara l-quddiesa tas-7.00am ikun hawn adorazzjoni fis-skiet sa qabel il-quddiesa tat-8.00am. Dakinhar imħeġġin nitolbu għall-vokazzjonijiet.
Festa ta’ San Martin
Nhar il-Ħadd li ġej, 9 ta’ Novembru, fil-quddiesa tad-9.30am niċċelebraw il-festa ta’ San Martin. Inħeġġu lill-familji bit-tfal biex jattendu. Nistiednu lit-tfal biex iġibu magħhom għotjiet tal-ikel biex ngħinu familji fil-bżonn.
Quddiesa fiċ-Ċimiterju tal-Qalb ta’ Ġesu’
Il-Ħadd li ġej (9/11), fl-4.00pm ikun hemm quddiesa fiċ-ċimiterju tal-Qalb ta’ Ġesu’ u wara jsir it-tberik tal-oqbra. It-tberik taċ-ċimiterju ta’ Sant’Andrija jsir il-Ħadd ta’ wara, 16 ta’ Novembru, fl-10.00am. Fil-quddies li jsir fiċ-ċimiterji niftakru b’mod speċjali f’dawk li mietu minn Novembru tas-sena l-oħra ’l hawn. Il-familjari u l-qraba tagħhom huma mistiedna biex jieħdu sehem f’dan il-quddies.
Prietka tal-Milied
Dawk it-tfal subien u bniet li jixtiequ jagħmlu l-prietka tal-Milied, il-ġenituri tagħhom huma mitluba li jiktbuhom fis-sagristija.
Coffee Morning
It-Tlieta 11 ta’ Novembru, se jsir Coffee Morning b’riżq il-knisja fis-sala tas-Sorijiet, fid-9.15am. Booking mingħand il-membri tal-grupp tal-fundraising.
Ġabra Speċjali
Il-Ħadd, 2/11/ huwa l-Ewwel Ħadd tax-Xahar, u għalhekk issir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-knisja. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom li dejjem tagħtu
permezz tal-offerti tagħkom.
Nitolbu għal ħutna Salvina Pace u Tereża Mifsud, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem, u għall-mejtin kollha. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.
