Festa ta’ Marija Assunta
Is-Sibt 15 ta’ Awwissu, niċċelebraw is-Solennità ta’ Marija Assunta. Din hija festa kmandata u jixraq li nqaddsu din il-ġurnata billi nieħdu sehem fil-quddiesa. Il-quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd (filgħodu 7.00am, 8.00am, 9.30am, imma ma jkunx hawn tal-11.00am u filgħaxija ikun hawn quddies fil-5.15pm u fis-6.30pm). Lejlet il-festa, il-Ġimgħa filgħaxija, ikun hawn quddiesa waħda fis-6.30pm. Fis-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesù ikun hemm quddiesa kuljum fis-6.15pm.
Santa Marija f’Ħal Muxi
F’dawn il-ġranet qed tiġi ċċelebrata l-festa ta’ Santa Marija fil-knisja ddedikata lilha f’Ħal Muxi. Il-Ġimgħa, lejlet il-festa, ikun hemm rużarju fis-7.15pm u wara quddiesa. Is-Sibt 15 ta’ Awwissu, jum il-festa, ikun hemm quddiesa fit-8.00am; fl-10.00am quddiesa għat-tfal; u fis-7.15pm Rużarju u wara quddiesa tal-festa.
Attivita’ għat-Tfal
L-Erbgħa 19 ta’ Awwissu se nkunu qed norganizzaw attivita’ oħra tas-sajf għat-tfal minn Year 1 sa Year 6. L-attivita’ tibda fil-5.00pm u se tinkludi mument ta’ formazzjoni fil-Knisja u logħob fiċ-Ċentru Ta’ Warda sas-7.00pm. Dawk il-ġenituri li jixtiequ li uliedhom jattendu huma mitluba li jinkitbu fis-sagristija jew minn fuq il-paġna ta’ Facebook tal-parroċċa.
Ġabra Speċjali
Il-ġabra speċjali li saret is-Sibt u l-Ħadd li għadda għall-bżonnijiet tal-Knisja kienet ta’ €1,500. Nirringrazzjawkom tal-ġenerożità tagħkom.
Nitolbu għal ħutna Rosario Xuereb, Maria Borg u Emanuel Bartolo, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.
