Erbgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena ‘B’

Festa tad-Duluri

Nhar il-Ħadd li ġej, 19 ta’ Settembru, niċċelebraw il-Festa tad-Duluri fil-parroċċa tagħna. Bi tħejjija għall-festa, se jkollna t-Tridu nhar l-Erbgħa, il-Ħamis u l-Ġimgha, fil-Quddiesa tas-7.00pm. Il-Ħadd, fis-7.00pm, issir Quddiesa Solenni li tintemm bil-barka sagramentali.

Ġabra Favur L-Art Imqaddsa

Fi tmiem il-ġimgħa li ġejja se ssir il- ġabra Favur L-Art Imqaddsa. Ngħinu lil dawn ħutna materjalment billi nagħtu l-offerta ġeneruża tagħna. Bl-offerti tagħna ngħinu biex jinżammu miftuħa postijiet u ħidmiet reliġjużi u ta’ għajnuna għal dawn ħutna li jgħixu fl-Art imqaddsa. Noffru it-talb tagħna ukoll għal dawn ħutna. 

Nitolbu għal ħuna li għadda għall-Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa: Andrew Zammit. Agħtih O Mulej, il-Mistrieħ ta’ Dejjem.

Leave a Reply