Festa ta’ Kristu Sultan
Il-Ħadd filgħaxija niċċelebraw il-festa ta’ Kristu Sultan. Monsinjur Arċisqof se jmexxi ċelebrazzjoni ta’ talb fil-Bażilika ta’ Kristu Re, r-Raħal Ġdid, fil-5.00pm. F’din l-okkażjoni l-Arċisqof jagħti l-messaġġ tiegħu.
Laqgħa oħra bi preparazzjoni għall-Ġublew
Il-Ħamis (28/11) fil-Knisja Arċipretali, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikollna laqgħa oħra bi preparazzjoni għall-Ġublew 2025. Il-laqgħa se tkun imsejsa fuq is-suġġett ‘It-Tama fil-kitbiet tal-Papa Benedittu u l-Papa Franġisku’.
Laqgħa għall-koppji miżżewġin
Il-Ġimgħa (29/11), se ssir laqgħa għall-koppji miżżewġin, fis-7.00pm, fis-sala taħt l-Uffiċċju Parrokkjali, organizzata mill-Kummissjoni Familja. Il-kelliem se jkun l-Arċipriet.
L-Avvent u t-tberik tal-Girlanda
Minn nhar il-Ħadd li ġej (1/12) nagħtu bidu għaż-żmien tal-Avvent bi tħejjija għall-Milied.
Matul is-Sibtijiet tal-Avvent, fil-5.00pm qabel il-quddiesa, nitolbu flimkien it-talba tal-Għasar. L-Għasar huwa t-talba uffiċjali tal-Knisja għal filgħaxija.
Fil-quddiesa tad-9.30am tal-Ħadd isir it-tberik tal-Girlanda tal-Avvent. It-tfal huma mistiedna jġibu l-girlanda tagħhom biex titbierek waqt il-quddiesa.
Laqgħa għall-għarajjes
L-Erbgħa 4 ta’ Diċembru se ssir laqgħa għall-għarajjes li se jiżżewġu s-sena d-dieħla (2025). Il-laqgħa se ssir fis-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesù fis-7.30pm.
Donazzjonijiet Hospice Movement
Intom u ħerġin mill-knisja, membri volontarji ta’ Hospice Movement se jkunu qed jilqgħu donazzjoni b’risq is-servizzi u l-assistenza li l-Hospice joffri lil ħafna persuni li jkunu jeħtieġu l-għajnuna minħabba mard tal-kanċer u mard serju ieħor. Il-Hospice joffri s-servizzi tiegħu mingħajr ħlas, għaldaqstant kull donazzjoni min-naħa tagħna tkun ta’ għajnuna kbira u hija ferm apprezzata.
Nitolbu għal oħtna Carmen Cortis li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem u għal ħutna mejtin. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.