Festa tal-Familja Mqaddsa ta’ Nażaret – Sena B

L-Aħħar Jum tas-Sena

Il-Ħadd, 31 ta’ Jannar huwa l-aħħar jum tas-sena. Ikun hawn il-quddiesa tal-5.15pm. Fis-6.30pm quddiesa solenni ta’ radd il-ħajr lil Alla fl-għeluq tas-sena. Fi tmiem il-quddiesa, issir purċissjoni fil-knisja bl-Ewkaristija u jitkanta t-Te Deum. Nhar it-Tnejn, l-Ewwel Jum tas-Sena, Solennità ta’ Marija Omm Alla, il-quddies ikun bħal ta’ nhar ta’ Ħadd. Filgħaxija jkun hawn quddies fil-5.30pm u fis-7.00pm.

Il-ġbir kollu li jsir nhar il-Ħadd filgħaxija u fl-Ewwel tas-Sena jkun b’riżq id-Dar tal-Providenza. Ilkoll nafu kemm din id-dar teħtieġ għajnuna biex toffri servizz tajjeb u professjonali lir-residenti li jgħixu fiha. Inħeġġukom tkun ġenerużi fl-għotjiet tagħkom.

Riflessjoni fuq il-Liturġija tal-Ħadd

It-Tlieta, 2 ta’ Jannar wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, id-djaknu Malcolm jagħmel riflessjoni fuq il-Liturġija tal-Ħadd li ġej, li tkun il-Festa tal-Epifanija.

Festa tal-Epifanija

Il-Ħadd, 7 ta’ Jannar, niċċelebraw il-Festa tal-Epifanija tal-Mulej. Dakinhar se niċċelebraw il-wasla tal-Maġi qabel il-quddiesa tad-9.30am. Qed nistiednu lill-familji bit-tfal biex jinġabru ħdejn iċ-Ċentru Ta’ Warda fid-9.15am sabiex jakkumpanjaw lill-Maġi sal-Knisja. It-tfal jistgħu jilbsu wkoll ta’ slaten maġi. Inħeġġu lill-familji jieħdu sehem. Dakinhar is-Sur Albert Debono, bħala rappreżentant tas-Segretarjat tal-Karità fi ħdan l-Arċidjoċesi, se jkun fostna biex jilqa’ l-offerti li nġabru għall-Kċina ta’ Marta. Barra l-ammont ta’ oġġetti ta’ ikel li nġiebu minnkom, s’issa nġabru wkoll €2,200 b’riżq din l-inizjattiva li toffri l-ikla ta’ kuljum lill-persuni fil-bżonn.

Mother and Baby Club

Il-Grupp Mother and Baby Club li jiltaqgħu fiċ-Ċentru Ta’ Warda, organizzat mill-Moviment ta’ Kana, se jerġa’ jibda jiltaqa’ mit-Tnejn 8 ta’ Jannar.

Nitolbu għal Alfred Camilleri, Francis Agius, Giovanna Azzopardi u Frank Galea, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.  

Leave a Reply