Il-Ħames Ħadd tal-Għid – Sena B

L-Ewwel Qrara

Nhar is-Sibt filgħodu se ssir l-ewwel Qrara liċ-ċkejknin li se jirċievu l-ewwel tqarbina.
Il-ġenituri tat-tfal bniet huma mitluba li jġibu lil uliedhom il-Knisja Arċipretali fid-9.00am, filwaqt li l-ġenituri tat-tfal subien huma mitluba li jġibu lil uliedhom fl-10.00am. Il-ġenituri huma mitluba li jiġbru lit-tfal lura f’dawn il-ħinijiet:

  • It-tfal bniet fid-9.45am
  • It-tfal subien fl-10.45am.

Seminar  għall-Ġenituri tat-Tfal tal-Ewwel Tqarbina

Il-laqgħa ser issir il-Ġimgħa 21 ta’ Mejju jew is-Sibt 22 ta’ Mejju 2021 (għażlu ġurnata) . Nibdew bil-quddiesa fis-7.00pm fil-Knisja Arċipretali.

Laqgħat tal-Gruppi

Mill-10 ta’ Mejju il-quddiem, jistgħu jerġgħu jibdew isiru l-laqgħat fi ġruppi. Importanti li  nimxu mad-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa fejn qed jeżiġu li għandha dejjem tinżamm id-distanza soċjali u l-użu tas-santizer qabel tidħlu għall-laqgħa.

Tqarbin tal-Morda

Qed nibdew b’mod gradwali t-tqarbin tal-morda fid-djar. L-anzjani u l-morda li ma joħorġux u jixtiequ jitqarbnu fid-djar, importanti li jkunu ħadu iż-żewġt tilqimiet tal-vaċċin u li jkunu għaddew iktar minn ħmistax minn meta ttieħdet l-aħħar injezzjoni. Il-qassisin se javviċinaw dawk li kienu diġa’ miktubin għat-tqarbin.

Ġabra Speċjali

Illum qed  issir il-ġabra speċjali għall-ispejjeż tal-Knisja u tal-Festa. Inħeġġukom biex tkunu ġenerużi.

Nitolbu għall-ħuna Ninu Psaila li għadda għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Leave a Reply