Ir-Raba’ Ħadd matul is-Sena B

Festa tal-Preżentazzjoni tal-MulejIl-Ġimgħa, 2 ta’ Frar, Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej u l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:

  • Wara l-quddiesa tas-7.00am se jkun hawn ħin ta’ adorazzjoni fis-skiet quddiem Ġesù Ewkaristija, li jintemm bil-Barka Sagramentali qabel il-quddiesa tat-8.00am.
  • Fis-6.30pm, fil-Knisja Arċipretali, se ssir il-preżentazzjoni tat-tfal li se jirċievu l-Ewwel Tqarbina din is-sena mill-ġenituri tagħhom. Waqt li nħeġġu l-ġenituri biex jattendu flimkien ma’ uliedhom, ġentilment kulħadd mitlub li jkun fil-knisja fis-6.10pm.  

Dħul fl-iskejjel tal-Knisja

Is-Segretarjat għall-Edukazjoni Nisranija javża li qegħdin jintlaqgħu applikazzjonijiet online għad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja f’Malta mill-1 sad-29 ta’ Frar. Aktar informazzjoni fin-noticeboards tal-knisja jew mill-website.

Għoti tad-Demm

Il-Ħadd 4 ta’ Frar bejn it-8.30am u s-1.00pm, fl-Iskola Primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ, se jkun hawn il-possibbiltà li wieħed jagħti d-demm. Inħeġġu biex inkunu fost id-donaturi tad-demm biex ngħinu lil min ikun tant jeħtieġ. Min imur jagħti d-demm għandu jippreżenta l-karta tal-identità u jilbes maskra.

Talba tas-Sagrament għall-Griżma tal-Isqof

Il-Ħamis 8 ta’ Frar, fil-quddiesa tas-6.30pm, fil-Knisja Arċipretali, dawk l-adolexxenti li se jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof f’Ottubru ta’ din is-sena huma mistiedna jressqu t-talba tagħhom biex jirċievu dan is-sagrament. It-talba li jridu jippreżentaw dakinhar tkun mogħtija lilhom miċ-Ċentru tad-Duttrina fejn jattendu. Il-ġenituri u l-parrini huma mistiedna jattendu għal din il-quddiesa.

Coffee Morning

It-Tlieta 13 ta’ Frar, fid-9.30am se jsir Coffee Morning b’risq il-knisja fis-Sala tas-Sorijiet. Min hu interesssat ikellem lil xi ħadd mill-membri tal-Grupp tal-Fundraising.

Nitolbu għal ħuna Rokku Abela, li għadda għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

Leave a Reply