Ir-Raba’ Ħadd matul is-Sena Ċ

Quddiesa u Adorazzjoni

Il-Ġimgħa (7/2) hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Wara l-quddiesa tas-7.00am se jkun hawn ħin ta’ adorazzjoni fis-skiet quddiem Ġesù Ewkaristija, li jintemm bil-Barka Sagramentali qabel il-quddiesa tat-8.00am.

Festa ta’ San Pawl

Nhar l-10 ta’ Frar, Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, il-quddies se jkun bħal matul il-ġimgħa u jkun hawn quddiesa oħra fid-9.30am. Il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun fis-6.30pm. Ħaġa sabiħa li f’din il-ġurnata għażiża għalina l-Maltin nieħdu sehem fil-quddiesa.

Sagrament tal-Griżma tal-Isqof

It-Tlieta 11 ta’ Frar se jkollna attività għall-adolexxenti li se jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof f’Ottubru ta’ din is-sena. Fil-5.30pm jinġabru ħdejn il-Knisja tal-Anġli minn fejn tibda mixja lejn il-Knisja Parrokkjali fejn jieħdu sehem fil-quddiesa. Dakinhar huma jressqu t-talba tagħhom biex jirċievu dan is-sagrament. It-talba li jridu jippreżentaw dakinhar tkun mogħtija lilhom miċ-Ċentru tad-Duttrina fejn jattendu. Il-ġenituri u l-parrini huma mistiedna jattendu għal din il-mixja magħhom u jieħdu sehem fil-quddiesa.

Coffee Morning

It-Tlieta 11 ta’ Frar ukoll, fid-9.30am se jsir Coffee Morning b’risq il-knisja fis-Sala tas-Sorijiet. Min hu interesssat ikellem lil xi ħadd mill-membri tal-grupp tal-fundraising. 

Quddiesa Speċjali għall-Miżżewġin

Il-Kummissjoni Familja tal-parroċċa, flimkien mal-Azzjoni Kattolika Nisa, qegħdin jistiednu lill-koppji miżżewġin għal quddiesa speċjali għalihom nhar il-Ħamis 13 ta’ Frar, fis-6.30pm, fil-Knisja Arċipretali. Dawk il-koppji li s-sena li għaddiet iċċelebraw xi anniversarju speċjali miż-żwieġ tagħhom huma mistiedna li jidħlu fis-sagristija u jagħtuna l-ismijiet tagħhom. Dakinhar tingħata tifkira tal-okkażjoni.

Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja

Is-Segretarjat għall-Edukazjoni Nisranija javża li qegħdin jintlaqgħu applikazzjonijiet online għad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja f’Malta mill-4 sas-27 ta’ Frar. Aktar informazzjoni fin-noticeboards tal-knisja jew mill-website 

Ġabra speċjali

Il-Ħadd, 2 ta’ Frar huwa l-Ewwel Ħadd tax-Xahar, u ssir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-knisja. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom li dejjem tagħtu permezz tal-offerti tagħkom.

Nitolbu għal ħuna Victor Trapani, li għadda għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.