Jum il-Vokazzjonijiet
Il-Knisja Universali dan il-Ħadd tiċċelebra Jum il-Vokazzjonijiet. Imħeġġin nitolbu lil Sid il-ħsad jibgħat ħaddiema fl-għalqa Tiegħu.
Bake Sale b’riżq iċ-Ċentru ta’ Warda
Il-Ħadd (26/04), fuq iz-zuntier qed isir Bake Sale (bejgħ ta’ kejkijiet, ħelu u pjanti) b’risq iċ-Ċentru taż-Żgħażagħ Ta’ Warda. Ħaġa sabiħa li ngħinu f’din l-inizjattiva.
Laqgħa għall-Ġenituri dwar l-Ewwel Tqarbina
It-Tlieta (28/04) se ssir laqgħa għall-ġenituri li uliedhom se jagħmlu l-Ewwel tqarbina f’Mejju li ġej. Il-laqgħa se ssir fis-Sala Parrokkjali (id-Domus) fis-7.00pm.
Festa San Ġużepp Ħaddiem
Il-Ġimgħa (01/05) hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar u nagħmlu l-Festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem. Filgħodu jkun hawn l-adorazzjoni minn wara l-quddiesa tas-7.00am sat-8.00am. Dakinhar imħeġġin nitolbu għall-vokazzjonijiet saċerdotali.
Laqgħat ta’ Katekeżi
Infakkru li kull nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Ħamis qed isiru laqgħat ta’ katekeżi u tagħlim fis-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesù, fis-7.30pm. Dawn il-laqgħat huma indirizzati għall-adulti u ż-żgħażagħ.
Ġabra għall-Karita’
Il-ġbir li sar fil-quddies nhar is-Sibt u l-Ħadd li għaddew b’risq il-ħidma ta’ Karità li twettaq id-Djoċesi ta’ Malta, kien jammonta għal €2,568.
Nitolbu għal ħutna Tereża Gravina u Antonia Agius, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.
