Adorazzjoni fil-Kappella ta’ San Ġużepp
It-Tlieta (17/2) fl-10.00am ikun hemm Adorazzjoni fil-Kappella ta’ San Ġużepp animata mis-Superjur Joe Fenech.
Ras ir-Randan
Nhar l-Erbgħa 18 ta’ Frar, nagħtu bidu għaż-żmien tar-Randan. Fil-quddies kollu ssir iċ-ċerimonja tat-tqegħid tal-irmied. Fis-6.00pm jibda pellegrinaġġ bis-Salib. Kif jintemm il-pellegrinaġġ issir quddiesa konċelebrata. Wara l-quddiesa se ssir it-tnedija ta’ żewġ kotba: wieħed b’poeżiji devozzjonali li jakkumpanjaw il-vari tal-Ġimgħa l-Kbira u ieħor b’poeżiji b’rabta ma’ Ħaż-Żebbuġ, kitba ta’ Andrè J. Galea.
Infakkru li nhar Ras ir-Randan għandu jiġi osservat bħala jum ta’ sawm u astinenza. Ħaġa sabiħa wkoll li matul il-ġimgħat tar-Randan wieħed jimpenja ruħu biex jersaq spiss għas-sagramenti tal-qrar u t-tqarbin, jitlob, jagħmel xi sagrifiċċju personali u jagħmel xi forma ta’ karita’.
Adorazzjoni matul ir-Randan
Matul iż-żmien tar-Randan, kull nhar ta’ Ħamis, fis-6.00pm ikun hawn l-adorazzjoni b’temi u riflessjonijiet marbutin mar-Randan. Nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Ġimgħa, issir il-meditazzjoni tal-Via Sagra wara l-quddiesa tat-8.00am u fis-6.00pm qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija. Nhar ta’ Sibt tingħad it-talba tal-Għasar fil-5.00pm.
Seminar għall-ġenituri tat-tfal li ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina
Is-Sibt 21 ta’ Frar se jsir seminar għall-ġenituri li uliedhom se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina f’Mejju. Is-seminar se jsir fl-iskola St. Michael’s, Santa Venera, bejn l-4.30pm u s-7.00pm. Il-ġenituri huma mħeġġa li jattendu. Waqt is-seminar it-tfal ikunu miġbura għalihom mal-katekisti.
Sehem fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira
Il-kitba għal dawk li jixtiequ jieħdu sehem fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira se tiftaħ mit-Tnejn 23 ta’ Frar. Aktar dettalji jingħataw fuq il-paġna tal-Facebook tal-parroċċa u permezz ta’ posters li jkunu mwaħħlin fin-noticeboards tal-knisja.
Coffee Morning
It-Tlieta 17 ta’ Frar fid-9.15am se jsir Coffee Morning b’risq il-knisja fis-Sala tas-Sorijiet. Biljetti mingħand il-helpers tal-grupp tal-fundraising.
Nitolbu għal ħutna Tessie Psaila u Karmenu Barbara, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.
