Is-Sitt Ħadd tal-Għid – Sena B

Festa San Ġorġ Preca

Nhar It-Tnejn, 10 ta’ Mejju se niċċelebraw il-Festa ta’ San Ġorġ Preca. Membri tas-Soċjeta tal- Mużew se jqassmu ktejjeb żġħir b’talb u riflessjonjijiet miktuba minn San Ġorġ waqt il- quddies kollu ta’ nhar it-tnejn.

Festa San Filep

Nhar l-Erbgħa, 12 ta’ Mejju, niċċelebraw il-festa liturġika ta’ San Filep, Patrun tagħna. Se jiġu organizzati zewgt quddiesiet filgħaxija waħda fil-5.30pm u l-oħra fis-7.00pm Il-Quddiesa tas-7.00pm tkun konċelebrata b’mod solenni animata bil-Kor Parrokkjali Magnifikat  b’omelija minn Fr Reno Muscat..

Konsagrazzjoni tal-Knisja Arċipretali

Nhar il-Ħamis, 13 ta’ Mejju, Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr u ċelebrazzjoni tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja Arċipretali, fis-7.00pm., animata mill-Kor Parrokkjali, Magnifikat.

Laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali

Il-laqgħa ser issir nhar it-Tnejn  fis7.30pm.

Kors għall-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin

Il-Ministri tat-tqarbin huma mitlubin li jgħaddu l-email tagħhom lill-Arċipriet biex ikun jista’ jibgħatilhom l-applikazzjoni għal dan il-kors.

Tindif taċ-Ċimiterju tal-Qalb ta’ Ġesu’

Matul dawn l-aħħar ġranet sar tindif estensiv fiċ-ċimiterju tal-Qalb ta’ Gesu. Ħajr lil numru ta’ voluntiera li għinu lil Josef Felice biex seta’ sar dan it-tindif. Napprezzaw il-kooperazzjoni tagħkom biex iċ-ċimiterju jinżamm fi stat tajjeb.

Il-Ġabra Speċjali li saret fi tmiem il-ġimgħa l-oħra kienet ta’ €1,800. Grazzi minn Qalbna.

Ġabra għas-Seminarju

Fil-Weekend li ġej se ssir il-ġabra b’risq is-Seminarju tal-Virtu. Bid-donazzjonijiet tagħkom inkunu qed ngħinu lis-Seminarju Maġġuri biex jagħti formazzjoni meħtieġa lis-seminaristi kif jitolbu iż-żminjiet li qiegħdin fihom. Inħeġġukom tkunu ġeneruzi.

Nitolbu għal ħutna li għaddew għall-Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa: Marianna Borg u Nazzareno Pisani. Agħtihom, O Mulej, il-Mistrieħ ta’ Dejjem

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *