Is-Sitt Ħadd tal-Għid – Sena Ċ

L-Ewwel Tqarbina

Matul dawn il-ġranet, 124 tifel u tifla se jkunu qegħdin jagħmlu l-Ewwel Tqarbina. Nifirħu lil dawn il-membri żgħar tal-komunità tagħna f’din l-okkażjoni tant sabiħa għalihom, għall-familji tagħhom u għall-parroċċa tagħna. Xieraq nitolbu għalihom ħalli jkomplu jitħeġġu fl-imħabba lejn Ġesù Ewkaristija. Minħabba li l-Ħadd filgħodu fid-9.30am se jkun hawn ukoll quddiesa tal-Preċett tat-tfal, il-quddiesa tal-10.00am se ssir fis-Sala Dun Mikiel Xerri (id-Domus).

Il-Ħadd 29 ta’ Mejju fid-9.30am ikun hawn l-aħħar grupp ta’ tfal li jagħmlu l-Ewwel Tqarbina. Il-quddiesa tal-10.00am se ssir fis-Sala Dun Mikiel Xerri (id-Domus). Bi preparazzjoni, lejliet, is-Sibt filgħodu bejn it-8.00am u l-10.00am ikun hawn il-qrar.

Adorazzjoni

Il-Ħamis fis-6.30pm ikun hawn l-adorazzjoni bit-tema tal-liturġija tas-Seba’ Ħadd tal-Għid.

Laqgħa għall-Koppji Miżżewġin

Il-Ġimgħa filgħaxija, il-Kummissjoni Familja se torganizza laqgħa għall-koppji miżżewġin fis-Sala ta’ Dar San Ġużepp għand is-Sorijiet, fis-7.15pm. Imexxi l-laqgħa u d-diskussjoni Fr Mario Dimech.

Sejħa għal reffiegħa – Vara San Filep

Infakkar li dawk li jixtiequ jerfgħu fil-vara ta’ San Filep huma mitluba li jieħdu formola mis-sagristija. Qed issir sejħa għal dawk il-fratelli li jixtiequ jakkumpanjaw fil-purċissjoni tat-Translazzjoni lejlet il-festa li se ssir mill-Knisja tal-Anġli. Min hu interessat għandu javviċina lill-Arċipriet.

Flimkien

Nixtiequ navżaw li l-FLIMKIEN se jerġa’ jibda jitqassam fid-djar permezz tal-posta kull xahar. Se jkun ukoll aċċessibli online​. Inħeġġiġkom biex meta tirċevuh tapprezzaw ix-xogħol li sar fuqu u tieħdu interess taqraw l-artikli li jinkitbu.

Coffee Morning

It-Tlieta 31 ta’ Mejju, se jsir coffee morning b’risq il-Knisja fis-Sala għand is-sorijiet. Min hu interessat ikellem lill-membri tal-grupp tal-fundraising.

Nitolbu għal ħuna George Calleja, li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *