It-Tielet Ħadd matul is-Sena Ċ

Jum il-Bibbja

Il-Ħadd, 26/01 qegħdin niċċelebraw Jum il-Kelma ta’ Alla (Jum il-Bibbja). Din il-ġurnata trid tfakkarna fil-ħtieġa li nużaw il-Bibbja għat-talb u r-riflessjoni tagħna.

Nhar il-Ħamis (30/1) fis-6.00pm ikollna adorazzjoni fil-Knisja Arċipretali marbuta mat-tema tal-Kelma ta’ Alla. Il-Letturi li s-soltu jaqraw fil-quddiesa, bħala Ministri tal-Kelma, huma mħeġġa jattendu għal din l-adorazzjoni. Infakkru wkoll fil-ktejjeb KLIEM IL-ĦAJJA li jkun fih silta qasira mill-Bibbja, ħsieb u talba għal kull ġurnata. Jekk hawn min jixtieq jabbona fih javviċina lil xi ħadd mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija.

Laqgħa għall-Koppji Miżżewġa

Il-Ġimgħa 31 ta’ Jannar, il-Kummissjoni Familja se torganizza laqgħa oħra għall-koppji miżżewġin fis-6.30pm fis-Sala tas-Sorijiet (taħt l-Uffiċċju Parrokkjali). Il-kelliema se tkun Ms Bernardette Briffa mill-Caritas.  

Preżentazzjoni tal-Mulej

Is-Sibt u l-Ħadd li ġej (1 u 2 ta’ Frar), niċċelebraw il-Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej. Is-Sibt fil-quddiesa tas-6.30pm, fil-Knisja Arċipretali se ssir il-preżentazzjoni tat-tfal li se jirċievu l-Ewwel Tqarbina din is-sena mill-ġenituri tagħhom. Inħeġġu lill-familji tat-tfal li se jirċievu l-Ewwel Tqarbina biex jieħdu sehem.

Il-Ħadd (2 ta’ Frar) il-quddiesa tad-9.30am se tkun animata għat-tfal u l-familji bit-tema ta’ din il-festa. Wara l-quddiesa se jkun hemm attivita’ fuq iz-zuntier b’risq Karl Vella Foundation.

Griżma tal-Isqof

Navżaw li d-dati tal-Griżma tal-Isqof din is-sena se jkunu s-Sibt u l-Ħadd 18 u 19 ta’ Ottubru. Il-bniet is-Sibt fl-4.30pm u s-subien il-Ħadd fid-9.15am.

Pasta Night

Il-Ġimgħa 31 ta’ Jannar fis-7.30pm, se jkollna Pasta Night b’risq il-missjoni li żgħażagħ mill-parroċċa se jagħmlu fil-Peru’ matul is-sajf li ġej. Din l-attivita’ se ssir fis-Sala tas-Sorijiet. Bookings mis-sagristija.

Nitolbu għal ħutna l-Kanonku Dun Karm Attard, Pawlu Azzopardi, Philip Aquilina u Maria Farrugia, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.