It-Tieni Ħadd ta’ l-Għid – Sena Ċ

Adorazzjoni Ewkaristika

L-Azzjoni Kattolika se torganizza Adorazzjoni Ewkaristika fis-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesu’, nhar il-Ħamis bejn id-9.30am u l-10.30am, fl-okkażjoni tal-beatifikazzjoni ta’ Armida Barelli, Fundatriċi tal-Azzjoni Kattolika tat-tfajliet. Kulħadd huwa mistieden.

Laqgħa għall-koppji miżżewġin

Il-Ħamis filgħaxija, il-Kummissjoni Familja se torganizza laqgħa għall-koppji miżżewġin fis-Sala ta’ Dar San Ġużepp għand is-Sorijiet, fis-6.45pm. Imexxi l-laqgħa u d-diskussjoni Dr Bernard Caruana, psikologu.

Festa tal-Lunzjata

Nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej issir il-festa tal-Lunzjata fil-Knisja dedikata lilha fi Triq il-Kbira. F’dawn il-jumejn ikun hemm Rużarju fis-6.30pm u quddiesa fis-7.00pm.

Appell għal voluntieri biex jgħinu fit-tqassim ta’ materjal fid-djar

Nerġa’ nagħmel appell biex jinstabu persuni li jkunu jistgħu jgħinu fit-tqassim ta’ materjal stampat, leaflets, eċċ. Min jixtieq joffri dan is-servizz nassigurah li mhux se jkun mitlub iqassam il-magażin ‘Flimkien’ ta’ kull xahar u lanqas mhu se jintalab jiġbor envelopes lura mid-djar meta jsir ġbir ta’ flus.  

Leave a Reply