It-Tieni Ħadd tar-Randan – Sena A

Adorazzjoni

Il-Ħamis, 2 ta’ Marzu, ikun hawn l-adorazzjoni fis-6.00pm b’tema marbuta ma’ dan iż-żmien tar-Randan, animata mill-Kummissjoni Liturġija.  

Il-Ġimgħa 3 ta’ Marzu, l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar, minn wara l-quddiesa tas-7.00am sa qabel il-quddiesa tat-8.00am, ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni fis-skiet quddiem Ġesù Ewkaristija li jintemm bil-barka sagramentali.

L-Ewwel Qrara

Nhar is-Sibt 4 ta’ Marzu fid-9.00am, fil-Knisja Arċipretali jkun hawn l-Ewwel Qrara għat-tfal bniet li se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina. Is-Sibt ta’ wara jkun hawn l-Ewwel Qrara għas-subien.

Talba tal-Via Sagra

Matul iż-żmien tar-Randan, kull nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Ġimgħa, tingħad it-talba tal-Via Sagra wara l-quddiesa tat-8.00am u fis-6.00pm, qabel il-quddiesa.

Pasta Night

Se ssir Pasta Night b’risq il-missjoni li grupp ta’ żgħażagħ se jagħmlu fl-Albanija. Din l-attivita’ se ssir nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Marzu fis-Sala tas-Sorijiet fit-8.00pm. Bookings fis-Sagristija.

Sehem fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira

Dawk li jixtiequ jieħdu sehem fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira għandhom jinkitbu fil-post ta’ wara l-knisja, il-Ħadd bejn l-10.00am u nofsinhar.

Ġabra għas-Seminarju

Il-ġabra li saret fil-parroċċa għas-Seminarju u l-formazzjoni tas-seminaristi kienet ta’ €3,720. Ir-Rettur tas-Seminarju jibgħat jirringrazzjana għall-offerta ġeneruża tagħna.  

Nitolbu għal ħutna Ignazia Galea, Patrick Cowles u Filomena Curmi, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.  

Leave a Reply