It-Trinita’ Qaddisa – Sena A

Adorazzjoni

Il-Ġimgħa (5/6) l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar dedikat lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù. Filgħodu jkun hawn adorazzjoni fis-skiet minn wara l-quddiesa tas-7.00am sat-8.00am. Dakinhar nitolbu għall-Vokazzjonijiet Saċerdotali.

Festa ta’ Corpus

Il-Ħadd (7/6) niċċelebraw il-festa tal-Ġisem u d-Demm ta’ Ġesù (Corpus). Filgħodu wara l-quddiesa tad-9.30am issir purċissjoni bis-sehem tat-Tfal li rċevew l-Ewwel Tqarbina. Il-purċissjoni se tgħaddi minn dawn it-toroq: Sant’Antnin, il-Knisja, il-Kbira, Campis, l-Isqof u Misraħ San Filep.

Bidu tal-Festa ta’ San Filep

Filgħaxija nagħtu bidu għall-festa ta’ San Filep bil-ħruġ tal-vara min-niċċa. Fis-6.30pm ikun hawn quddiesa li tiftaħ il-festi u fis-7.30pm isir il-ħruġ solenni.

Dakinhar fil-quddies kollu nagħmlu ġabra speċjali b’riżq il-festa.

Festa ta’ San Filep

  • It-Tnejn (8/6), l-għada tal-ħruġ ta’ San Filep min-niċċa, nibdew il-programm tal-festa b’quddiesa għat-tfal fil-5.30pm. It-tfal huma mistiedna jġibu għotjiet tal-ikel biex joffruhom lill-familji fil-bżonn tal-parroċċa tagħna.

    Fit-7.45pm ikollna quddiesa bil-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fuq iz-zuntier.
  • It-Tlieta (9/6) fl-10.00am ikollna quddiesa għall-morda u l-anzjani u fis-6.30pm ikollna quddiesa għall-familji, li għaliha huma mistiedna b’mod speċjali dawk il-koppji li żżewġu mis-sena l-oħra ‘l hawn. 

    Fis-7.30pm ikun hawn taħdita kulturali dwar l-Arkivji Parrokkjali minn Dun Frans Bonnici.

Din il-ġimgħa jitqassam il-fuljett tal-festa bil-programm sħiħ. Il-helpers li s-soltu jqassmu huma mitluba jieħdu l-kopji tagħhom mis-sagristija. Mal-fuljett se jitqassam l-envelop biex nagħmlu l-offerta tagħna għall-festa. L-envelop bl-offerta għall-festa nitolbukom iġġibuh magħkom u titfgħuh fil-kaxxi li hawn ħdejn l-artal jew tgħadduh lil xi ħadd mis-saċerdoti. L-offerti tagħkom huma apprezzati sabiex inkopru l-ispejjeż tal-festa.

Intenzjonijiet tal-Quddies

Dawk li jixtiequ jiktbu l-intenzjonijiet tal-quddies għax-xhur ta’ bejn Lulju u Diċembru, huma mitluba jidħlu fis-sagristija u jkellmu lil xi ħadd mis-saċerdoti. Minħabba li jkollna domanda kbira, fil-quddies ta’ filgħaxija u f’xi quddies ieħor jistgħu jittieħdu aktar minn intenzjoni waħda li dawn aktar tard jingħataw lill-saċerdoti missjunarji u b’hekk inkunu qegħdin ngħinuhom xi ftit.