L-Ewwel Ħadd tal-Avvent – Sena B

Ġabra Speċjali

Fl-ewwel Ħadd tax-xahar issir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-knisja. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom li dejjem tagħtu permezz tal-offerti tagħkom.

Bidu tal-Avvent

Fil-bidu tal-Avvent fil-quddiesa tad-9.30am isir it-tberik tal-Girlanda tal-Avvent. It-tfal huma mistiedna jġibu l-girlanda tagħhom biex titbierek waqt il-quddiesa. Filgħaxija nistiednu liż-żgħażagħ kollha għall-quddiesa tas-7.00pm li se tkun animata b’mod speċjali għalihom.  

Rużarju Meditat

Il-Ħamis, 7 ta’ Diċembru fis-6.00pm ikun hawn Rużarju meditat quddiem Ġesu’ Ewkaristija bi tħejjija għall-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni.

Attivita’ Djoċesana

Il-Ħamis se ssir attivita’ djoċesana għat-tfal kollha flimkien mal-Arċisqof, fil-Kalkara, mis-6.00pm sat-8.00pm. Il-parroċċa tagħna se torganizza trasport għat-tfal li jixtiequ jattendu għal din l-attivita’ u se jkun hemm min jieħu ħsiebhom. Il-ġenituri li uliedhom huma interessati li jattendu magħna, jekk jogħġobhom jimlew id-dettalji jew fis-sagristija jew fuq il-paġna ta’ Facebook tal-parroċċa.

Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni

Il-Ġimgħa, 8 ta’ Diċembru, niċċelebraw il-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni.  Tkun ħaġa sabiħa li min jista’ jieħu sehem fil-quddiesa. Il-quddies ikun bħal ta’ matul il-ġimgħa. Dakinhar se jingħad ir-Rużarju mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija wara l-quddiesa tas-7.00am quddiem Ġesu’ espost u wara tingħata l-Barka Sagramentali. Imbagħad jerġa’ jingħad ir-Rużarju filgħaxija qabel il-quddiesa. Fil-Knisja ta’ Sidtna Marija tal-Anġli se jkun hemm quddiesa fis-6.00pm.

Laqgħa ta’ Talb għall-vokazzjonijiet

Is-Sibt, 9 ta’ Diċembru, jkun hemm laqgħa ta’ talb għall-Vokazzjonijiet fis-Seminarju Tal-Virtù, ir-Rabat. Ikun hemm quddiesa u adorazzjoni. Qed jiġi organizzat trasport li jitlaq fil-5.00pm minn ħdejn il-Posta. Min jixtieq jattendi jista’ jinkiteb fis-sagristija jew ikellem lil Carmen Cilia.

Griżma tal-Isqof

Il-Griżma tal-Isqof is-sena d-dieħla(2024) se tiġi ċċelebrata f’dawn il-ġranet u ħinijiet: is-Sibt 19 ta’ Ottubru fl-4.30pm għall-bniet u l-Ħadd 20 ta’ Ottubru fid-9.15am għas-subien.

Coffee Morning

It-Tlieta 12 ta’ Diċembru se jsir Coffee Morning b’risq il-knisja, fis-Sala tas-Sorijiet fid-9.30am. Booking isir mingħand il-membri tal-Grupp tal-fundraising.

Leave a Reply